Referenza: 127/2015

Dettalji tas-Sentenza


Data
21/01/2016
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
GRIMA EDWINA
Partijiet
IL-PULIZIJA vs SCIBERRAS JASON
ECLI
ECLI:MT:AKI:2016:98557
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
Illi dan kien appell imressaq mill-Avukat Generali limitatament ghal dak li jirrigwarda n-nuqqas mill-Ewwel Qorti milli taderixxi ma' dak dispost fl-artikolu 533 tal-Kapitolu 9 tal-Ligijiet ta' Maltau dan meta wara li giet imposta l-piena fuq il-hati u cioe' l-appellat ghar-reati li dwarhom huwa kien gie misjub hati, ma ghaddietx sabiex tordnalu ihallas l-ispejjez li ghandhom x'jaqsmu mal-hatra ta'l-esperti fil-kaz. L-Avukat Generali hawnhekk kien qed jirreferi ghal hlas dovut in konnessjoni mal-hatra ta'l-espert mediko-legali Dr. Mario Scerri fl-ammont ta' €180.84, nominat sabiex jezamina l-feriti sofferti mill-vittma ta' dan ir-reat.
Illi l-artikolu 533 tal-Kapitolu 9 gie emendat bl-Att XIII ta'l-2005 meta l-kundanna ghal hlas ta'l-esperti nominati kemm fil-kawza kif ukoll fl-in genere marbut ma' dak il-kaz ma baqax soggett ghat-talba tal-prosekuzzjoni jew imhollija fid-diskrezzjoni tal-Qorti, izda kellha tigi imposta fuq il-hati b'mod tassattiv fis-sentenza, jew f'ordni li tinghata wara, f'kaz ta' sejbien ta htija anke meta l-istess kundanna ma tkunx giet mitluba. Illi allurawara l-kundanna u il-piena erogata ghar-reat marbut ma' dik il-kundanna il-Qorti ghandha tghaddi sabiex tordna lill-persuna hekk misjuba hatja sabiex thallas l-ispejjez kif indikat fl-artikolu 533.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni