Reference: 1459/1997/1

Judgement Details


Date
24/04/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
AGIUS CARMEL A.
Parties
GASAN INSURANCE AGENCY LTD NOE vs THE CARGO HANDLING CO. LTD ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Summary
Din il-kawza tirrigwarda hsarat kawzati minn ‘bird droppings' fuq kunsinna ta' mija disgha u sebghin(179) karozza Ford illi waslu Malta fil-21 ta' Novembru 1996 abbord il-vapur Fides liema karozzi gew impurtati mis-socjeta' Gasan Enterprises Limited.

Minn dawn ir-rizultanzi processwali ma hemmx dubbju illi meta dawn il-karozzi gew zbarkati minn fuq il-vapur l-unika hsarat li setghu jigu riskontrati kienet dik il-karozza li kellha l-wind screen ta' wara miksur. It-Tally Sheets maghmula mir-rappresentanti tal-partijiet ma fihom l-ebda rimarka ohra li b'xi mod tista tigi attribwita ghalxi hsarat kawzati minn 'bird droppings'.

Ghalhekk l-Ewwel Qorti tehodha illi hekk kif il-karozzi ghaddew minn responsabilta' tal-vapur ghar-responsabilta' tas-socjeta' konvenuta Cargo Handlingdawna ghaddew mittiefsa minghajr ebda hsarat ghajr dak il-windscreen miksur.

F'dan il-kaz il-merkanzija giet tallied fl-art u r-responsabilta' ghaddiet ghand il-landing company is-socjeta' konvenuta Cargo Handling hekk kif irceviet dawn il-karozzi bil-hsara ndikata.

Is-socjeta' attrici qieghdha tghid illi meta l-karozzi kienu taht ir-responsabilta' tas-socjeta' Cargo Handling grawaktar hsarat ikkawzati minn ‘bird droppings', waqt li s-socjeta' konvenuta Cargo Handling qieghdhatghid li ma hijiex responsabbli ghal dawn il-hsarat bejn il-ghaliex ipproduciet bhala dokument il-Gate Pass Out u wkoll il-ghaliex m'ghandha l-ebda kontroll fuq dawn il-‘bird droppings' illi wara kollox setghu gew ikkawzati waqt li l-karozzi kienu qed jigu trasportati fuq il-vapur u anke minn fuq il-moll sal-mahzen.

Irrizulta illi meta l-karozzi kienu fil-kustodja u responsabilta' tas-socjeta' Cargo Handling grawlhom xi hsarat. Apparti n-nuqqasijiet tal-ispare wheels u l-hub cups gew ikkawzati hsarat minn ‘bird droppings' kif xehed tajjeb is-surveyor Aldo Abela.

L-Ewwel Qortihija sodisfatta li dawn il-hsarat graw meta l-vetturi kienu taht ir-responsabilta' esklussiva tas-socjeta' konvenuta. Din il-Qorti tghid li meta l-karozzi kienu mizmuma taht tinda kien facli ghas-socjeta' konvenuta Cargo Handling illi tassigura illi dawna ma tigrilhomx hsarat bhal dawk lamentati f'din il-kawza. Din il-Qorti jidhrilha illi l-istanza attrici timmerita konferma, ghaldaqstant tiddeciedi illi tilqa' t-talba tas-socjeta' attrici u tikkundanna lis-socjeta' konvenuta Cargo Handling Co Ltd li thallasha s-somma ta' tminn mija wiehed u erbghin liri Maltin u tnax-il centezmu rappresentanti hsarat u nuqqasijiet f'konsinna ta' mija disgha u sebghin karozzi Ford li waslu Malta fil-21 ta' Novembru 1996 abbord il-vapur Fides u li gew importati minn Gasan Enterprises Limited assikurata mill-attur nomine ghal liema hsarat kienet responsabbli l-istess socjeta' konvenuta Cargo Handling.

Is-socjeta' The Cargo Handling Co. Ltd. ipprezentat rikors tal-appell li bih hija talbet illi din il-Qorti joghgobha tirriforma s-sentenza appellata billi tichad it-talba tas-socjeta' attrici fil-konfront taghha bl-ispejjez taz-zewg istanzi.

Din l-Onorabbli Qorti tal-Appell jidhrilha lil-Ewwel Qorti spjegat tajjeb hafna fis-sentenza appellata il-posizzjoni legali kif mifhuma u prattikata minn din il-Qorti kif ukoll mill-Onorabbli Qorti tal-Appell fir-rigward tad-dokumenti bhall-Gate Pass Out, bhat-Tally Sheet u l-valur probatorju taghhom fl-assjem ta' azzjonijiet ghal reklam u kumpens ghad-danni kagunati fil-merkanzija fil-kors tal-importazzjoni f'Malta taghhom u konsenja lill-importatur. Fil-fatt din il-Qorti jidhrilha li effettivament m'ghandhiex x'izzid fuq dak li hemm fis-sentenza appellata.

Din l-Onorabbli Qorti tal-Appell ezaminat il-konsiderazzjonijiet tal-Ewwel Qorti fir-rigward tal-provi fil-kuntest ta' dak li kien hemm fit-Tally Sheet, fil-Gate Pass Out kif ukoll anke fis-survey li ghamel is-Sur Aldo Abela u tasal ghall-istess konkluzzjoni li wasletghaliha l-Ewwel Onorabbli Qorti li m'hijiex dik li qed jippretendi li kellha tasal ghaliha l-appellanti. Hemm provi bizzejjed effettivament illi d-“droppings” gew konstatati fil-mument li ghalih jirreferi s-survey kif spjegat fis-sentenza appellata.

L-appellanti jissottomettu li d-diligenzali kellha tosserva s-socjeta' attrici fil-qadi tad-dmirijiet taghha hija l-istess diligenza li ghandu josserva d-depozitarju - u cioe' id-diligenza ta' bonus pater familias. Ghandu pero' jigi osservat li s-socjeta' appellanti qatt ma tinghata dettalji dwar l-accessorji li jkun hemm fil-karozzi ughaldaqstant m'ghandha ebda kontroll fuq dak li qed jigi allegat mis-socjeta' attrici.

Il-fatt illi l-vetturi de quo inzammu fil-maghluq ma jiskagonax lill-istess socjeta' mir-responsabilita', peress li evidentement, ghalkemm certi prekawzjonijiet hadithom, ma hadithomx kif wiehed jistennaminn bonus pater familias li ghandu jkun a konoxxenza tal-fatt illi anke fil-maghluq jista' jkun hemm il-prezenza tat-tjur li jikkagonaw il-“bird droppings”.

Din il-Qorti tal-Appell ma tarax li tista' b'xi mod tiddisturba l-valutazzjoni ta' provi ghal dik li hija responsabilita' kif maghmulamill-Ewwel Onorabbli Qorti u ghaldaqstant is-sentenza appellata qed tigi konfermata u konsegwentement l-appell qed jigi rigettat. L-ispejjez taz-zewg istanzi jkunu a kariku tal-appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info