Referenza: 1153/1992/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/04/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
DINGLI JOHN NOE vs AQUILINA FRANK
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET TAL-AWTUR, EZEKUZZJONI FIL-PUBBLIKU
Fil-Qosor
Daqq tal-muzika f'hanut miftuh ghall-pubbliku, jew anke hanut tax-xoghol li jkun qed isir minn min huwa responsabbli ghat-tmexxija tan-negozju jew tkun minnu organizzata tammonta ghal daqq fil-pubbliku. F'kazijiet bhal dawn japplikaw d-disposizzjonijiet ta' l-Att dwar id-Drittijiet tal-Awtur.

Jekk f'hanut jew restaurant jinzamm radju fil-privat u dan ir-radju jkun jinstema' minn parti ohra tal-hanut jew restaurant li tkun accessibbli ghall-pubbliku, ma jistax jinghad li dak ir-radju qieghed ghall-uzu privat. Il-muzika li tigi prodotta b'dak ir-radju ghandha tigi konsidrata bhala esegwita fil-pubbliku.

Anke fil-kaz ta' esekuzzjoni ta' muzika moghtija f'fabbrika limitata ghall-haddiema fil-hinijiet tax-xoghol gie ritenut li kienet ezekuzzjoni fil-pubbliku ghax dawk il-haddiema kienu potenzjalment parti mill-pubbliku ta' l-awtur.

Ghall-iskopijiet tal-frazi "kull persuna li taghmel jew iggieghel lil haddiehor li jaghmel" kontenuta fl-Att dwar id-Drittijiet tal-Awtur 2000 tinhtieg il-prova illi tali persuna mhux semplicement naqset milli tintervjeni biex twaqqaflil min kien qieghed idoqq il-muzika, imma li kienet, ghall-kuntrarju, strumentali biex il-muzika tindaqq bil-mod kif indaqqet.

Ma hemm ebda vjolazzjoni jekk impjegati ta` fabbrika juzaw radio sets personali taghhom waqt fuq il-post tax-xoghol.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni