Referenza: 199/2014

Dettalji tas-Sentenza


Data
26/02/2015
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
MALLIA MICHAEL
Partijiet
IL-PULIZIJA vs FARRUGIA GIULIO
ECLI
ECLI:MT:AKI:2015:92972
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
Dan il-kaz kien jirrigwarda liberazzjoni peress li x-xhieda tal prosekuzzjoni ma kienux presenti fl-awla esatta tal-Qorti tal-Magistrati. Il-Qort tal-Apell Kriminali sabet illi fil-fatt ix-xhieda tal-Prosekuzzjoni kienu prezenti fil-bini tal-Qorti però peress illi l-kawza giet assenjata lil Magistrat iehor wara illi huma kienu ircevew it-tahrika, marru jistennew wara l-awla fejn normalment kien joqghod l-ewwel Magistrat biex b'hekk meta huma saru jafu bil-bidla u marru fejn il-Magistrat li kienqed jisma' l-kawza kien tard wisq peress illi s-sentenza inghatat. Il-verbal ta' dik is-seduta, l-1ta' Marzu 2013 jghid illi meta ssejhu x-xhieda ma dehrux. Il-Prosekuzzjoni ma provdietx riferta u b'hekk inghatata s-sentenza. Din il-Qorti jidhrilha illi dawn ic-cirkostanzi ma kinux jintitolaw lill-Qorti tal-Magistrati taqbad u taghti s-sentenza minghajr ma tindaga ghaliex il-Prosekuzzjoni ma kellhiex ir-riferta a dispozizzjoni taghha. Jista' jkun illi din ma kinitx ghadha waslitilha wara li jkun gie notifikat ix-xhud u jista' jkun ukoll illi x-xhud ma jkunx ghadu notifikat. Fi kwalunkwe kazil-Prosekuzzjoni tkun fl-ghama u ma tistax kwindi tiddikjara illi ma jkollhiex aktar provi x'iggib.F'dan il-kaz fil-fatt il-Prosekuzzjoni m'ghamlitx tali dikjarazzjoni izda minkejja kollox il-Qorti ghaddiet ghas-sentenza. Fic-cirkustanzi s-sentenza giet revokata.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni