Reference: 856/2010/1

Judgement Details


Date
06/02/2015
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI SILVIO, CARUANA DEMAJO GIANNINO, CUSCHIERI NOEL
Parties
ZARB EDWIN ET vs SPITERI GILBERT ET
ECLI
ECLI:MT:ACIV:2015:92562
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
AUDI ALTERAM PARTEM
Summary

Il-principju ta' audi alteram partem huwa principju tant fundamentali li huwa meqjus bhala wiehed ta' gustizzja naturali u ghalhekk implicitu f'kull procediment li fih trid tigi amministrata l-gustizzja. Dan il-principju jimplika li ebda persuna ma ghandha tigi ggudikata minghajr ma tinghata opportunita` xierqa li tipproduci x-xhieda taghha u twiegeb ghall-evidenza prodotta mill-parti kuntrarja.

L-applikazzjoni ta' dan il-principju ghall-fatti konkreti ta' kaz jiddependi hafna min-natura tal-kaz li jkun qed jigi mistharreg. Kif ritenut mill-Qrati Maltin, id-dritt tas-smiegh xieraq moghti lill-partijiet f'kawza jrid jinghata fit-termini tar-regoli tal-ligijiet procedurali li qeghdin hemm sabiex appuntu jassiguraw il-principju ta' audi alteram partem izda wkoll sabiex jassiguraw id-dritt fundamentali ta' kull litigant ghal process fi zmien ragjonevoli. Jekk dawn ir-regoli ta'procedura jigu injorati minn xi parti f'kawza l-konsegwenzi li jirrizultaw imputet sibi u mhumiex konsegwenza ta' xi ksur tal-principju audi alteram partem jew tad-dritt ghas-smiegh xieraq. Parti matistax l-ewwel ma tosservax ir-regoli ta' procedura u wara tilmenta li d-dritt taghha ghas-smiegh xieraq gie miksur.

Mhuwiex nuqqas meta Qorti tghaddi ghas-sentenza f'kawza fejn il-parti turi non-kuranza u ma tidhirx biex iressaq il-provi taghha. Il-principju ta' audi alteram partem ma jfissirx bilfors li l-provi tal-parti inkwistjoni jridu jinstemghu, izda li l-parti tinghata l-opportunita` li tressaq il-provi. F'kull kaz, il-Qorti tara x'ikun fl-ahjar interess tal-gustizzja li jsir.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info