Referenza: 5/2014

Dettalji tas-Sentenza


Data
04/12/2014
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
MALLIA MICHAEL
Partijiet
IL-PULIZIJA vs OMISSIS
ECLI
ECLI:MT:AKI:2014:91383
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
OPINJONI TEKNIKA
Fil-Qosor
F'dan il-kaz kien hemm relazzjoni teknika dwar x'kien gara f'kaz ta' korruzzjoni ta' minorenni.Il-Qorti rrimarkat illi l-grad ta' prova “minghajr dubbju dettat mir-raguni” huwa grad tekniku u legali uzat fil-kamp penali biss. Dan il-grad ta' prova muhiex uzat universalment bhalma hija uzata perezempju l-possibbli, il-probabbli u c-certezza. Il-pubbliku u persuni ta' temperament ordinarji ma juzawxdan il-kriterju ta' minghajr dubbju dettat mir-raguni fl-argumenti, diskussjonijiet jew informazzjoni illi wiehed jghaddi lill-iehor, izda huwa grad uzat esklussivament fil-kamp legali limitat ukollghall-kamp penali. Kulhadd jitkellem u jikkomunika fil-lingwagg illi jaf u li jifhem hu. U l-istessjinghad ghat-tobba illi huma estranei ghal dan il-kuncett ta' minghajr dubbju dettat mir-raguni. Il-Qorti osservat illi fir-relazzjonijiet taghhom it-tobba qatt ma jghidu definittivament kaz jekk huwiex abjad jew iswed izda joqghodu jduru u fl-isfumaturi tal-griz bi kliem bhal “probabbli hafna,” “wisq proabbli,” u bhal dan il-kaz “... b'mod qawwi l-probabiltà li sehhet. ...” Ghalhekk meta tabib, espert mediku jew psikologa juza dan il-kliem ikun irid ifisser grad aktar oghla mis-semplici probabbli u jkun qed jiddeskrivi fi kliem illi jaf hu l-grad aktar oghla ta' minghajr dubbju dettat mir-raguni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni