Reference: 435/1997/1

Judgement Details


Date
24/05/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
MELI CLYDE vs PACE DECESARE MAURICE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, JEDD KONTRA L-ASSI PARAFERNALI - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, M`GHANDIEX PERSONALITA` GURIDIKA DISTINTA - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, NATURA TA` - SUCCESSJONI, IMGHAX FUQ LEGAT TA` FLUS - SUCCESSJONI, LEGITTIMARJU MHUX WERRIET - SUPERFICIES SOLO CEDIT, BINI FUQ ART PARAFERNALI JAPPARTJENI LILL-ASSI PARAFERNALI
Summary
Legittimarju ma huwiex werriet u ma jistax ikun werriet ghax il-werriet huwa marbut illi jaghmel dakli ried l-awtur tieghu fit-testment tieghu, ukoll jekk b'dak it-testment it-testatur ikun iddisponaminn aktar mis-sehem li minnu seta' jiddisponi. Fi kliem iehor, min jaccetta l-wirt bla kondizzjoni u riserva ma jistax jitlob it-thassir jew it-tnaqqis tad-dispozizzjonijiet testamentarji li jaqbzus-sehem li t-testatur seta' jiddisponi minnu; biex jitlob il-legittima jrid ikun irrinunzja ghall-wirt - jekk jaccetta l-wirt bla riserva jitqies illi jkun irrinunzja ghal-legittima.

Kull minghandu l-proprjeta' ta' l-art, ghandu wkoll dik ta' l-area ta' fuqha, u ta' dak kollu li jinsab fuqjew taht wicc l-art. Dan ifisser li bini kostruwit fuq art parafernali jappartjeni lill-assi parafernali ta` sid l-art anki jekk jinbena bil-flus tal-komunjoni tal-akwisti ezistenti bejn sid l-art ul-konjugi tieghu. Naturalment, jekk is-sid jistaghna bit-telf tal-komunjoni, ghax saru fuq l-art benefikati li hallset ghalihom il-komunjoni, il-komunjoni jkollha jedd ghal kumpens kontra l-assi parafernali tas-sid; izda dan ikun jedd ta' kreditu, mhux in re, u sid ta' l-art u tal-bini tibqa' l-persuna li ghandha l-proprjeta` tal-art.

Il-komunjoni ta' l-akkwisti ma ghandhiex personalita'maghzula mill-personalita' tar-ragel u tal-mara. Is-sidien tal-beni tal-komunjoni huma r-ragel u l-mara, mhux il-komunjoni. Mela huwa minnu illi kull wiehed mill-mizzewgin ghandu nofs indiviz tal-fond tal-komunjoni.

Fuq il-legat ta' flus ma jghaddix imghax qabel ma ssir sejha ghall-hlas b'att gudizzjarju. Dan huwa minnu, ghax il-legat kien ta' somma flus, mhux ta' kapital investit. Ghalhekk l-imghax jibda jghaddi minn dak in-nhar meta saret sejha ghall-hlas b'att gudizzjarju (Art. 727u 728 tal-Kodici Civili).




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info