Referenza: 10/2012/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/05/2014
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R., ZAMMIT MC KEON JOSEPH, ELLUL ANTHONY
Partijiet
VELLA WILLIAM PEN ET vs KUMMISSARJU TAL-ARTIJIET ET
ECLI
ECLI:MT:KOS:2014:88161
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
RITRATTAZZJONI
Fil-Qosor
Ir-ritrattazzjoni hija rimedju straordinarju mholli li jsir biss fil-kazijiet stabiliti fil-ligi liema cirkostanzi huma tassattivi u ghandhom jinghataw tifsira ristretta u bla tigbid jew analogija. Sadattant, ix-xoghol tal-Qorti, sakemm tkun ghadha qeghda tqis jekk jezistux ragunijiet tajbin bizzejjed biex thassar is-sentenza attakkata, huwa dak li tara biss jekk kemm-il darba tirrizultax imqar wahda mic-cirkostanzi mahsubin fl-artikolu 811 tal-Kodici Procedurali. Fl-istadju in rescindente dinil-Qorti m'ghandhiex tgharbel mill-gdid dwar jekk hi taqbilx jew le mal-mod kif il-Qorti tkun waslet ghall-fehmiet taghha fis-sentenza attakkata;

Illi dan kollu jingabar taht ir-regola li huwamixtieq u mehtieg li jkun hemm ic-certezza tad-dritt u fejn kawza tkun inqatghet b'sentenza li tkunghaddiet f'gudikat din m'ghandhiex titwaqqa' kif gieb u lahaq, imma biss ghal ragunijiet serji u gravi. Dan kollu mbaghad jissejjes fuq il-massima li res judicata pro veritate habetur;

Illihuwa wkoll principju accettat li l-process ta' ritrattazzjoni ma jservix bhala t-tieni appell, b'modli taht l-iskuza ta' xi nuqqas procedurali, l-Qorti tkun mistiedna biex terga' twettaq ezercizzju ta' ri-ezami li, fil-fatt, ma jkun xejn aktar minn skrutinju mill-gdid tal-konsiderazzjonijiet diga'maghmulin mill-Qorti fis-sentenza li taghha jintalab it-thassir u s-smigh mill-gdid. Dan jghodd ghal kull wahda mill-kawzali mahsubin fl-artikolu 811 tal-Kodici.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni