Reference: 82/2011/1

Judgement Details


Date
28/02/2014
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI SILVIO, MALLIA TONIO, CUSCHIERI NOEL
Parties
MONTANARO GAUCI WINSTON PRO ET NOE vs RAPA TARCISIO ET
ECLI
ECLI:MT:ACIV:2014:86388
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PRESKRIZZJONI
Summary
Dan kien kaz li jirrigwarda talba ghal kumpens ghall-okkupazzjoni ta' fond moghti pendenti konvenju.Il-Qorti qalet li fir-rigward tal-preskrizzjoni ta' hames snin ai termini tal-Artikolu 2156(f) tal-Kodici Civili, il-gurisprudenza hi konformi li, fil-fatt, huwa dan it-terminu applikabbli ghall-kaz.Il-kwistjoni, f'dan il-kaz, kienet jekk dan it-terminu kienx sospiz tul iz-zmien li hadu dawn il-qrati sakemmm iddecidew il-fatt li l-okkupazzjoni tal-fond kien minghajr ebda titolu. Tezisti gurisprudenza li tghid li, f'kazijiet simili, id-dekorriment taz-zmien ta' preskrizzjoni ma setax jghaddihlief mid-data tad-definizzjoni tal-azzjoni li stabbiliet l-ezistenza tal-okkupazzjoni bla titolu.Il-konvenuti appellanti, gustament fil-fehma ta' din il-Qorti, jikkritikaw din il-linja gurisprudenzjali. Fi studju interessanti u ta' min ifahhru, l-appellanti, tramite l-avukat taghhom, urew kif l-istitut contra non valentum agere non currit praescripto kellu origini enigmatika u dam ma gie accettat fi Franza (li ghandhom Kodici Civili jixbah lil taghna, il-Kodici Napuljun), u meta gie eventwalment accettat, inghata interpretazzjoni stretta, u meqjus li jkun applikabbli biss bhala eccezzjonilimitata ghar-regola li z-zmien tal-preskrizzjoni jibda jghaddi minn dak inhar li sehh l-fatt in kwistjoni. Hawn Malta dan il-principju huwa wkoll accettat, pero`, kif qalet din il-Qorti fil-kawza Xuereb v. Zammit, deciza fid-9 ta' Marzu, 1994, il-preskrizzjoni tkun sospiza biss fejn sentenza tal-Qorti tohloq id-dritt tal-azzjoni, u mhux fejn sempliciment tiddikjara l-ezistenza ta' fatt, u cioe`,tistabbilixxi x'kienet il-posizzjoni guridika korretta qabel ma beda l-procediment.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info