Reference: 9/2013/1

Judgement Details


Date
31/01/2014
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
CAMILLERI SILVIO, CARUANA DEMAJO GIANNINO, CUSCHIERI NOEL
Parties
GAFA' KENNETH vs AVUKAT GENERALI
ECLI
ECLI:MT:KOS:2014:85787
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LIBERTA PROVIZORJA
Summary
F'dan il-kaz gie allegat ksur tad-driitijiet fondamentali peress li l-ghoti tal-liberta provisorja gie kundizzjonat b'depositu ta' somma flus li kienet oltre il-mezzi tar-rikorrenti, f'proceduri fejndan kien akkuzat b'omicidju volontarju. Il-Qorti Kostituzzjonali osservat li, l-oneru tal-prova tal-mezzi, jew nuqqas taghhom, taqa' principalment fuq ir-rikorrenti li jkun qed jallega l-fatt li l-ammont tal-garanzija huwa sproporzjonat ghall-mezzi tieghu. Principalment huwa r-rikorrent li jaf x' ghandu u x' m'ghandux, u ghalhekk ghandu l-obbligu legali rikonoxxut mill-gurisprudenza tal-Qorti Ewropea ta' “faithfully furnish sufficient information that can be checked if need be.” Dan l-obbligujirrisjedi fuq ir-rikorrent u huwa fl-interess tieghu li jezegwih bl-ahjar mod possibbli ghalih. Dan kien japplika b'aktar qawwa fil-kaz in dizamina peress li fix-xhieda tieghu r-rikorrent qal li qabel ma dahal il-habs huwa kien jaghmel “diversi xoghlijiet bhal bus driver, horse trainer u affarijiet ohra” , u ghalhekk, b'differenza mill-kaz ta' persuna li kienet tghix bir-relief, il-fatt li dan kien jahdem u jaqla' l-flus, kien jirrendi aktar opportun il-htiega li dan jaghti lill-Qorti l-informazzjoni kollha dwar il-mezzi tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info