Reference: 23/2011/1

Judgement Details


Date
31/01/2014
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
CAMILLERI SILVIO, CARUANA DEMAJO GIANNINO, CUSCHIERI NOEL
Parties
CINI CONCETTA SIVE CONNIE vs GALEA ELEONORA ET
ECLI
ECLI:MT:KOS:2014:85785
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET TAL-QORTI KOSTITUZZJONALI
Summary
Dan il-kaz kien jittratta il-konversjoni ta' cens temporanju f'wiehed perpetwu skond il-Kapitolu 158tal-Ligijiet ta' Malta. Il-Qorti osservat li l-promulgazzjoni ta' ligijiet intizi li jindirizzaw l-ezigenzi socjali hija kompetenza tal-Legislatur, filwaqt li l-qrati vestiti bil-kompetenza Kostituzzjonali ghandhom id-dmir li, meta jkunu hekk imsejjha minn xi parti, jezaminaw dawk il-ligijiet fid-dawl ta' dak li tghid il-Kostituzzjoni u l-Konvenzjoni. Ghalhekk il-kompitu tal-qrati huwa li jezaminaw l-ligi f'qafas Kostituzzjonali u Konvenzjonali, u fejn isibu lezjoni ta' dritt fundamentali ghandhom il-poter-dover li jiddikjaraw is-sejba ta' tali lezjoni, u jghatu rimedju adegwat fil-kaz partikolari, izda zgur li m'ghandhomx s-setgha jew id-dmir li jevitaw milli jiddikjaraw sejba ta' vjolazzjoni ta' drittijiet fundamentali unikament minhabba l-effetti socjali li tali dikjarazzjoni jista' jkollha. Dan jinsab fortifikat bil-konsiderazzjoni li dikjarazzjoni ta' vjolazzjoni ta' dritt fundamentali ma tapplikax erga omnes, izda inter partes, u taghmel stat biss bejn il-partijiet b'mod li f'kull kaz il-qrati Kostituzzjonali ghandhom jaghmlu ezami tal-ligi inkwistjoni, fid-dawl tal-fattispecje tal-kaz.


Inoltre huwa l-Legislatur li fil-promulgazzjoni tal-ligi kellu johloq is-salvagwardji necessarji sabiex nies ma jispiccawx bla saqaf fuq rashom. Huwa kellu, u ghad ghandu, il-kompitu li jillegisla b'mod li jilqa' ghall-ezigenzi socjali li jinholqu minn zmien ghal zmien fil-pajjiz, izda dan ghandu jsir b'mod li jigi mhares il-principju tal-‘fair balance' bejn il-mizura legislattiva u, l-interessi tas-sidien. Fic-cirkostanzi il-Qorti sabet lezjoni tad-drittijiet fondamentali, partikolarment in vista ta' l-isproporzjoni fil-kumpens stabbilit.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info