Referenza: 732/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
03/05/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Partijiet
HI TIMBER COMPANY LTD vs ZAHRA CHARLES
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
MANDAT TA` QBID, MHUX POSSIBBLI LI JINQABDU ISHMA F`SOCJETA` KUMMERCJALI SAKEMM MA JKUNUX INKORPORATI F`TITOLU GHALL-PORTATUR - MANDAT TA` QBID, MOBBLI INTANGIBBLI MA JISTGHUX JIGU MAQBUDA - SOCJETA` KUMMERCJALI, BEJGH IN SUBBASTA TA` ISHMA FI - SOCJETA` KUMMERCJALI, MHUX POSSIBBLI LI ISHMA JIGU MAQBUDA B`MANDAT TA` QBID SAKEMM MA JKUNUX INKORPORATI F`TITOLU GHALL-PORTATUR - SOCJETA` KUMMERCJALI, PRE-EMPTION RIGHTS MA JAPPLIKAWX GHAL BEJGH IN SUBBASTA TA` ISHMA - SOCJETA` KUMMERCJALI, PRE-EMPTION RIGHTS NATURA TA`
Fil-Qosor
Ghalkemm huwa minnu illi biex ikun jista' jsehh bejgh sub hasta ta' hwejjeg mobbli dawk il-hwejjeg ghandhom ikunu fizikament fis-setgha tal-qorti, ghax il-kunsinna tal-haga mibjugha lix-xerrej issir bil-ghoti lilu tal-haga, u dan ma jkunx jista' jsir jekk il-haga ma tkunx fizikament disponibbli, madankollu, min-natura ta' l-affarijiet, bis-sahha ta' mandat ta' qbid jistghu jinqabdu biss hwejjeg mobbli tangibbli. L-ishma f'socjeta' sakemm ma jkunux inkorporati f'titolu ghall-portatur huma beni astratti u ma jistghux jinqabdu fizikament. Ghaldaqstant, mhux biss ma jistghux jinqabdu b'mandat ta' qbid izda dan lanqas ma hu mehtieg qabel ma jistghu jinbieghu sub hasta.

Pre-emption rightsli huma jedd moghti lill-azzjonisti fuq l-ishma ta' azzjonisti ohra jista' jitqies in re, ghax huwapiz fuq il-ius abutendi li ghandu kull azzjonist fuq l-ishma tieghu. Jedd in re jiswa erga omnes.

Ir-restrizzjonijiet li jaghmel l-istatut fuq il-jedd ta' azzjonist li jbigh l-ishma tieghu jghoddu biss fil-kaz ta' bejgh hieles mhux fil-kaz ta' bejgh imgieghel, bhal ma hu l-bejgh sub hasta.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni