Referenza: 528/1989/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/03/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
BUHAGIAR ANTHONY PRO ET NOE vs SCERRI EDWARD
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPALT, ECCEZZJONIJIET SOLLEVABBLI MILL-APPALTANT KONTRA L-APPALTATUR F`AZZJONI GHALL-HLAS - APPALT, RIMEDJI TAL-APPALTANT META X-XOGHOL MA JKUNX SKOND IS-SENGHA U L-ARTI - ECCEZZJONIJIET, INTEMPESTIVITA` - IMGHAX, IN LIQUIDANDIS NON FIT MORA - IMGHAX, KOMPUTAZZJONI META ACCERTAMENT GUDIZZJARJU TAD-DEJN HUWA NECESSARJU - IMGHAX, LIKWIDAZZJONI GUDIZZJARJA TA` TALBA GHALL-HLAS
Fil-Qosor
L-eccezzjoni ta` intempestivita' sollevata mill-appaltant f'azzjoni ghall-hlas maghmula kontrih muill-appaltatur necessarjament timporta sitwazzjoni ta' fatt fejn l-appaltatur ma jkunx esegwixxa ix-xoghol li jkun gie mqabbad jaghmel. Jekk, mill-banda l-ohra, l-kuntratt ikun gie esegwit u l-appalt estint izda min jordna x-xoghol ma jkunx bih sodisfatt ghaliex gustament kien jilmenta mill-kwalita'tal-ezekuzzjoni tal-appalt, l-eccezzjoni sollevabbli fil-konfront tal-appaltatur mill-appaltant ma kienitx dik tal-intempestivita' tal-azzjoni ghaliex il-kuntratt jkun ghadu ma giex esegwit imma ta' non adempjament tal-obbligazzjoni da parti l-appaltatur li jesegwixxi x-xoghol skond l-arti u s-sengha jew skond il-ftehim milqugh.

Fit-tieni ipotesi min jordna x-xoghol kellu biss l-alternattiva jew li jaccettah kif inhu u jitlob li jigi mnaqqas lilu l-valur rapprezentat minn dik il-parti tal-appalt mal ezegwit jew altrimenti illi jirrifjuta x-xoghol ezegwit waqt li jezigu li jigu rizarcitiid-danni minnu soffert minhabba li l-inadempjenza kontrattwali tal-appaltatur.

Il-principjuli ma jghaddux interessi fejn is-sejha ma tkunx wahda ghall-hlas ta' ammont likwidu, cert u determinat japplika wkoll f'sitwazzjoni fejn il-kontestazzjoni tad-debitur tirrizulta li tkun wahda valida b'mod li jkun car li d-debitur mhux biss ikun gustifikat li ma jhallasx dak li jkun gie intimat biexihallas imma wkoll li jkun difficli jekk mhux impossibbli ghalih, li jkun jaf x'inhu minnu dovut minghajr ma ssir investigazzjoni gudizzjarja fil-kawza u sakemm din issir.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni