Referenza: 442/2011

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/10/2013
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
MALLIA MICHAEL
Partijiet
IL-PULIZIJA vs SCERRI JOSEPH
ECLI
ECLI:MT:AKI:2013:84004
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KUNSILLIER
Fil-Qosor
Dan hu appell dwar l-obbligi ta' kunsilliera li jaghtu informazzjoni dwar parenteli skond l-artikolu20(1) tal-Kap 363. Il-Qorti tal-Appell Kriminali qalet li minn dawn ir-regolamenti johrog car illil-informazzjoni illi ghandha tinghata mhix qieghda biss ghat-trasparenza imma sabiex dina tigi debitament registrata fil-minuti tal-Kunsill u tibqa hekk registrata ghal kull evenwali skrutinju fil-futur. Mhuwiex bizzejjed illi kullhadd ikun jaf bl-informazzjoni, dak mhuwiex l-iskop tal-Ligi, l-avviz bil-miktub mhuwiex qieghed biss biex jinforma lill-Kunsilli imma qieghed biex iservi bhala dokumentazzjoni registrata ghall-skrutinju eventwali jekk ikun il-kaz. Ghalhekk il-Qorti ma qablitx ma l-argument ta' l-Ewwel Qorti meta qalet illi l-imputat ma kellux ghalfejn jinforma lill-membri tal-Kunsill bil-miktub ghax kullhadd kien jaf. Li kieku l-Ligi riedet illi t-tali kxif kellha sservi biss ghall-informazzjoni u ghat-trasparenza, ma kienetx izzid illi l-informazzjoni trid tinghata kemm jista jkun malajr u tigi registrata fil-minuti partikulari tal-kxif. L-imputat naqas illi josserva d-dettami tal-Ligi meta huwa ma nfurmax bil-miktub lill-Kunsill bir-relazzjoni famijari illi kellu ma persuna li kienet kandidata ghal hatra ta' kariga taht il-Kunsill.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni