Reference: 726/1999/1

Judgement Details


Date
03/05/2002
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
ZARB ANTHONY ET PRO ET NOE vs L-AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DRITT GHAL-LIBERTA` TA` GHAQDA PACIFIKA U GHAL-LIBERTA` TA` ASSOCJAZZJONI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DRITT GHAT TGAWDIJA PACIFIKA TA` POSSEDIMENTI - DEFINIZZJONI TA` POSSEDIMENTI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DRITT GHAT TGAWDIJA PACIFIKA TA` POSSEDIMENTI - WARRANT TA` AVUKAT - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ELEMENTI TAD-DRITT GHAT TGAWDIJA PACIFIKA TA` POSSEDIMENTI TAHT IL-KONVENZJONI EWROPEJA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ISTITUZZJONI TA` PROCEDURI KRIMINALI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, REKWIZITI PROCEDURALI DWAR KAWZALI U TALBIET
Summary
F'proceduri kostituzzjonali jew dawk imressqa in forza tal-Kap 319 tal-Ligijiet ta' Malta, ir-rikorrent mhux imxekkel bil-limitazzjonijiet kontemplati fil-Kodici tal-Organizzazzjoni u Procedura Civilighal dak li jirrigwarda kawzali u talbiet.

Id-dritt ghat-tgawdija pacifika tal-possedimentiprotett fl-Artikolu 1 ta' l-Ewwel Protokoll li hemm mal-Konvenzjoni Ewropea, jikkomprendi eskluzivament dik il-"proprjeta", sew ta' natura immobiljari kemm mobiljari, li tista tkun soggetta ghat-tehidforzat bit-trasferiment tal-pussess ta' dik il-proprjeta' minn persuna ghall-ohra u mhux ghal kulldritt li l-individwu jista' jgawdi.

Il-"warrant" ta` avukat u d-dritt li dan jaghti ghall-ezercizzju tal-professjoni legali ma huwiex suxxettibbli ghal trasferiment la obbligatorju u lanqas bil-kunsens tal-persuna li tgawdi l-istess dritt. Huwa veru li dan id-dritt jista' jigi irtirat jew sospiz, izda f'dan il-kaz id-decizzjoni tal-awtorita' kompetenti tittiehed mhux necessarjament fl-interess pubbliku izda certament bhala konsegwenza ta' xi reat kommess mid-detentur tal-istess dritt jewxi ksur tar-regolamenti li jridu jigu osservati minn min jezercita l-professjoni ta' Avukat. U f'kull kaz l-istess parti interessata qatt ma jista' jkollha dritt ta' kumpens ghat-tehid ta' dak id-dritt kif kontemplat fl-artikolu fuq imsemmi. Ghalhekk "warrant" ta` avukat ma jikkwalifikax bhala possediment ghall-finijiet tal-Artikolu 1 ta' l-Ewwel Protokoll li hemm mal-Konvenzjoni Ewropea

Huwa dmir tal-Pulizija Ezekuttiva li zzomm l-ordni u l-kwiet pubbliku, li ma thallix isiru reati, litikxef u tinvestiga r-reati li jsiru, li tigbor il-provi u li ggib il-hatjin, sew l-awturi kemm il-komplici, quddiem l-awtorita gudizzjarja. Il-Pulizija mhux kompetenti li tiddecidi dwar kolpevolezzao meno ta' dak li jkun, izda huwa d-dmir taghha li tressaq quddiem l-awtorita' gudizzjarja dawk il-persuni li fil-fehma taghha jkunu suspettati li kkommettew reat. Fejn jirrizulta li l-Pulizjia qdew dan l-oneru b'mod gust u responsabbli u bl-ebda mod ma jkun jista' jinghad li l-agir tal-Pulizija kien wiehed frivolu ma jikkonfigurawx l-elementi tal-vjolazzjoni tad-dritt ghal-liberta' ta' ghaqda pacifika u ghal-liberta' ta' assocjazzjoni ma ohrajn. Dan huwa ghal kollox indipendenti mill-pronunzjament tal-Qorti kompetenti dwar il-htija o meno tar-rikorrent li fi kwalsijasi kaz jaqa` lil hinn mill-kompetenza tal-Qorti ta` gurisdizzjoni Kostituzzjonali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info