Reference: 661/1995/1

Judgement Details


Date
30/04/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
MICALLEF PHILIP ET vs MICALLEF ANTOINE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KONVENJU, ELEMENTI TA`
Summary
Huwa mehtieg li sabiex konvenju jkun validu dan jigi redatt bil-miktub. In oltre, dan ghandu jikkontjeni s-segwenti elementi:

(a) jirrispekkja l-volonta` tal-kontraenti riflessa fil-firem taghhom;

(b) jikkontjeni l-weghda ta' trasferiment li tkun tifforma l-oggett ta' dak il-ftehim;

(c) jidentifika dan l-oggett li kellu jigi trasferit

(d) jistipula t-titolu li bih ikun gie miftiehem li kellu jsir it-trasferiment u

(e) jindika l-prezz jew konsiderazzjoni miftehma li jistghu jkunu determinati jew determinabbli skond il-ftehim.

Gie deciz li meta element essenzjali jkun irid jirrizulta minn skrittura jew kuntratt, jekk tali element jonqos, provi testimonjali ma humiex ammissibbli biex jigi supplit l-element nieqes. Tali prova testimonjali hi lecita biss li ssir biex telucida l-iskrittura jew il-kuntratt f'xi patt incidentali jew accessorju.

Jekk mill-konvenju ta' premessa ta' bejgh tirrizulta l-obbligazzjoni tal-venditur li jbiegh u diktal-kompratur li jixtri, l-iskrittura ma tistax tigi meqjusa bhala nulla billi ma jkunx fiha xi partikolarita` ohra - anke importanti - bhal per ezempju d-data meta sar il-konvenju.

A contrario senso jekk mill-konvenju ma jirrizultawx dawk l-obbligazzjonijiet tal-promessa, ex actis, l-iskrittura kellha titqies nieqsa mill-elementi essenzjali u ghalhekk tigi dikjarata bla ebda effett fil-ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info