Reference: 134/2001/1

Judgement Details


Date
26/04/2002
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs BEZZINA JOSEPH REVERENDU, DEBONO JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, BILANC BEJN LIBERTA` TA` ESPRESSJONI U DRITTIJIET TAL-PRIVAT - LIBELL, ANIMUS INIURIANDI - LIBELL, INTERESS GURIDIKU TA` KONGUNTI, KONSANGWINI U BENEFICJARJI TA` L-EREDITA` TAL-LIBELLAT - LIBELL, LIBERTA` TA` ESPRESSJONI - LIBELL, TIXRID TA` XNIEGHA
Summary
Id-disposizzjoni li tippermetti lil dawk li jigu mill-mejjet jew li ghandhom jew kellhom xi relazzjoni mieghu, kif prospettata fil-ligi, li jisporgu kwerela meta l-ingurja tkun diretta kontra l-memorja tal-mejjet - ma hiex intiza li tipprotegi lill-mejjet, izda hi primarjament intiza sabiex tittutela d-drittijiet tal-hajjin.

Hija gurisprudenza pacifika in tema ta' libell, li ma hix mehtiegaghall-integrazzjoni tar-reat in dizamina l-intenzjoni specifika tal-kittieb li jivvilifika; huwa bizzejjed li jigu ppubblikati kliem li bhala fatt joffendu r-reputazzjoni ta' dak li jkun.

Jekk wiehed jara kif inhu formulat l-Artikolu 11 tal-Kap. 248, jidher car li l-animus iniuriandi hu megtieg biss ghall-fini tal-paragrafu (a) tal-imsemmi artikolu, u cioe` meta "fil-malafama jigu attribwiti lil dik il-persuna [malafamata] fatti determinati bi skop li joffendu l-unur u l-fama taghha, jew li jesponiha ghar-ridikolu jew ghad-disprezz tal-pubbliku.

Jista' jkun hemm cirkostanzi fejn il-fatt li wiehed jirrakkonta dak li jkun gara fil-passat fir-rigward ta' xi persuna pubblika, jew jikkritika, anke b'mod pjuttost iebes, l-operat ta' dik il-persuna pubblika, ma jkunx jammonta ghal ingurja u, per konsegwenza, anqas ghal libell, minkejja li l-fatt riprodott ikun prima facie joffendi l-unur u l-fama ta' dik il-persuna pubblika jew ikun jesponiha ghar-ridikolu jew ghad-disprezz tal-pubbliku.

Is-semplici fatt li l-appellant irriproduca x-xniegha hekk kif kien semaghha minghand missieru ma jfissirx li ma hemmx malafama.

Fuq kollox hemm id-dritt li wiehed jirrapporta il-verita` u anke dik il-verita` li twegga'. Inkella ebda storiku, ebda kittieb li jrid jirriproduci l-qalba kulturali ta' komunita`, ma jkun fil-liberta' li jirriproduci dak li verament ghadda untqal fi hdan dik il-komunita` minghajr il-biza` ta' persekuzzjoni.

Issa, ghalkemm huwa veruli l-Artikolu 10 tal-imsemmija Konvenzjoni Ewropeaa Dwar id-Drittijiet tal-Bniedem jiggarantixxi d-dritt ghall-liberta` ta' espressjoni (liema dritt jinkludi l-liberta` li wiehed ikollu opinjonijietu li jircievi u jaghti informazzjoni u ideat minghajr indhil mill-Istat), l-istess artikolu jaghmilha cara li l-ezercizzju ta' dawn il-libertajiet igib mieghu wkoll dmirijiet u responsabbiltajiet, ughalhekk hemm ir-restrizzjoni, mehtiega f'socjeta` demokratika, "ghall-protezzjoni tar-reputazzjon jew drittijiet ta' haddiehor". Fl-ahhar mill-ahhar il-problema hi dejjem dik li wiehed irid isib bilanc gust bejn id-dritt ghall-liberta` ta' espressjoni u d-dritt li wiehed ma jigix malafamat, anke jekk wara mewtu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info