Reference: 803/2004/1

Judgement Details


Date
31/05/2013
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI SILVIO, MALLIA TONIO, AZZOPARDI JOSEPH
Parties
SCHEMBRI GODFREY vs PORTELLI VICTOR
ECLI
ECLI:MT:ACIV:2013:81303
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
MOTIVAZZJONI TAS-SENTENZA
Summary
Dan il-kaz kien jirrigwarda incident stradali. Fost ir-ragunijiet tal-appell tqajmet in-nullita tassentenza minhabba nuqqas ta' motivazzjoni ghad-decizjoni. Il-Qorti tal-Appell rat li filwaqt li s-sentenza tal-ewwel Qorti kienet, veru, ftit xotta minn motivazzjoni indipendenti li jindikaw x'wassalha tasal ghall-konkluzjoni li waslet, u li l-istess sentenza setghet u kellha tigi motivata ahjar, makienet tirrizulta ebda nullita` fl-istess sentenza. Fl-ghoti tas-sentenza, qorti mhux mehtieg li taghmel referenza ghax-xhieda kollha li tkun instemghet, u hu bizzejjed li tirreferi ghal dawk il-provi li jnizzlu fiha l-konvinciment morali ta' decizjoni lejn naha partikolari. Lill-gudikant hu moghti l-poter diskrezzjonali tal-apprezzament tar-rizultanzi probatorji u allura hu liberu li jibbaza l-konvinciment tieghu minn dawk il-provi li hu jidhirlu li huma l-aktar attendibbli u idoneji ghall-formazzjoni tal-konvinciment tieghu - salv li s-sentenza tkun motivata bizzejjed biex wiehed ikun jista' jsegwi l-hsieb tal-Qorti. Inoltre, ghalkemm il-proceduri kriminali huma distinti u separati minndawk civili, Qorti ta' gurisdizzjoni civili tista' tirreferi ghal dak deciz f'kamp kriminali ghall-fini tal-apprezzament tal-provi prodotti quddiemha, u s-sentenza hija prova li l-Qorti Civili tista'tqis u tikkunsidra.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info