Reference: 511/2011

Judgement Details


Date
13/03/2013
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
SCICLUNA DAVID
Parties
IL-PULIZIJA vs MICALLEF JOSEPH
ECLI
ECLI:MT:AKI:2013:79779
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
FASTIDJU
Summary
Dan kien kaz fejn Joseph Micallef, amministratur ta' kondominju, ha xi ritratti ta' Maria Manicolo kontra l-volonta taghha u gie akkuzat b'fastidju. L-ewwel Qorti kienet sabet htija izda il-Qorti tal-Appell biddlet din d-decizjoni. Infatti, jidher illi dak li wassal ghat-tehid tar-ritratti kienet kwistjoni li kienet diga` bdiet ghaddejja dwar fejn jistghu jigu depozitati l-garbage bags. Ittra datata 11 ta' Lulju 2011 mill-kunsill lokali ta' Marsaskala lill-Ullswater Apartments kienet tghid, inter alia: “L-iskart ghandu jintrema biss f'boroz addattati u jitpoggew biss quddiem ir-residenza taghkom” Jidher illi Maria Manicolo kienet qed toggezzjona illi l-iskart jitqieghed biswit it-tarag li jaghti ghall-blokk appartamenti minhabba r-riha li qalet li kienet tidhol fl-appartament taghha li jaghti proprju ghal fuq il-post fejn kien jithalla l-iskart. L-appellant, bhala amministratur, kien hejja avviz dwar fejn kellu jithalla l-iskart. Jidher illi l-kondomini kollha, hlief Maria Manicolo, imxew skond id-direttiva li nghatat mill-kunsill lokali u segwita mill-amministratur. Fil-fatt Maria Manicolo baqghet persistentement thalli l-garbage bags mal-koxxa tax-xellug tad-drive-in u allura mhux quddiem ir-residenza taghha. Illi kull ma ried jaghmel l-appellant, qua amministratur, kien illi jkollu prova ta' l-agir ta' Maria Manicolo u mhux biex jaghtiha fastidju. Certament l-imgieba tieghu,fid-dawl ta' l-agir ta' l-istess Maria Manicolo, kellha titqies ragonevoli fic-cirkostanzi partikolari ta' dan il-kaz u ghalhekk il-Qorti illiberatu mil-akkuza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info