Reference: 13/2004/1

Judgement Details


Date
25/01/2013
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI SILVIO, CARUANA DEMAJO GIANNINO, CUSCHIERI NOEL
Parties
BAJADA JOHN ET vs CAMILLERI MARIO ET
ECLI
ECLI:MT:ACIV:2013:78903
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
F'dan il-kaz girien ghamlu cumnija mal-hajt komuni bil-konsegwenza li d-duhhan beda jidhol fil-proprieta adjacenti. Il-Qorti tal-Appell, kuntrarjament ghall-ewwel Qorti, stabbiliet li dan d-dritt kiensufficienti biex isejjes kompetenza fil-Qorti Civili peress li il-materja kienet tirrigwarda abbuzta'dritt civili. Il-Qorti qalet li in-natura assoluta tal-proprjetà ma tfissirx li s-sid jista' jaghmel bi hwejgu dak kollu li jrid; ifisser biss li ebda jedd iehor ma jaghti fakultajiet usa' milli taghti l-proprjetà, li, izda, ukoll ghandha l-limiti taghha.

Dawn il-limiti tal-proprjetà jinqabzu, u hekk l-uzu tad-dritt isir abbuz tad-dritt, mhux biss meta s-sid fizikament jidhol fl-art ta'haddiehor, izda f'kazijiet ohra ta' immissio in alienum b'mezzi li, ghalkemm ma jidhrux jew ma jintmissux, xorta jinhassu. Irwejjah u dhahen ukoll jistghu, jekk ma jkunux “fil-qies li jmiss”, jitqiesu bhala invazjonijiet illeciti tal-proprjetà ta' haddiehor u ghalhekk il-hsara li jaghmlu tkun damnum iniuria datum.

Fejn insibuh dan “il-qies li jmiss”? Naturalment, l-irwejjah u d-dhahen mhux dejjem jistghu jinzammu fil-konfini tal-proprjetà mnejn jinholqu, u jekk nghidu li sid ma jista'jaghmel ebda forma ta' immissio in alienum inkunu qeghdin innaqqsu wisq id-drittijiet tas-sid li jinqeda bi hwejgu biex jiehu minnhom l-akbar utilità. Ghalkemm is-sid ghandu d-dmir li jnaqqas kemm jista' l-inkonvenjent lill-girien, dawn, min-naha taghhom, bhala parti mid-dmir tal-buon vicinato, ghandhom jittollerew dawn l-immissjonijiet fl-interess ta' sfruttament ahjar tal-proprjetà sakemm dawnl-immissjonijiet ikunu fil-limitu ta' dak li hu ragonevolment tollerabbli.
L-obbligazzjonijiet tal-buon vicinato ghalhekk essenzjalment huma li, waqt li s-sid ghandu l-ewwelnett inaqqas kemm jista'l-inkonvenjent li johloq lill-girien bl-uzu tal-proprjetà tieghu, il-girien ghandhom id-dmir li jittolleraw dak ir-residwu ta' inkonvenjent inevitabbli sakemm dan ikun normalment tollerabbli fic-cirkostanzi partikolari.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info