Referenza: 1431/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/03/2002
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
MICALLEF BROTHERS LIMITED vs PANTA MARKETING & SERVICS LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
PAGAMENT TA APPARAT
Fil-Qosor
F'din il-kawza, mertu ta' dan l-appell, is-socjeta' appellata talbet li s-socjeta' appellanti tizmantella l-apparat ta' arja kondizzjonata ghar-raguni li dan ma kienx qieghed jaqdi l-funzjoni li ghaliha kien inxtara u kwindi talbet ukoll li tithallas lura l-ammont ta' Lm555.00 gia mhallas mill-prezztal-bejgh tal-apparat de quo.

Il-kawza l-ohra, trattata kontestwalment ma' din il-kawza fi stadju ta' appell, thalliet ukoll ghas-sentenza finali ta' din is-sentenza, u fil-fatt giet hekk pronunzjata. Fil-kawza fl-ismijiet inversi surreferita, din il-Qorti ddecidiet kontra s-socjeta' appellanti in kwantu kkonfermat is-sentenza appellata billi rriteniet li l-apparat supplit ma kienx wiehedadattat u idoneju ghall-uzu li ghalih kien intiz u dan bi htija attribwibbli unikament lis-socjeta'appellanti, li allura kien ifisser li ghall-fini tal-procedura l-ohra istitwita mis-socjeta' appellanti, ma kienx il-kaz li din tesigi pagament tal-apparat de quo. Isegwi minn dan u per konsegwenzali ghall-fini ta' dan l-appell, is-socjeta' appellata ghandha d-dritt titlob l-izmantellament u tehid lura tal-apparat mill-parti avversarja, kif ukoll titlob ir-rifuzjoni tal-flus versati indebitament lis-socjeta' fornitrici, dik appellanti igifieri, bhala prezz tal-bejgh fl-ammont indikat fl-att tac-citazzjoni.

Din il-Qorti tiddeciedi li l-aggravji tas-socjeta' appellanti huma infondati kemm fil-fatt kif ukoll fid-dritt. Ghaldaqstant tiddeciedi billi, filwaqt li tikkonferma s-sentenza appellata fil-kawza fl-ismijiet premessi, tichad l-appell tas-socjeta' konvenuta appellanti bl-ispejjez taz-zewg istanzi kontra taghha.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni