Referenza: 1918/1996/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
19/10/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
MIFSUD EMANUEL vs CAMILLERI VICTOR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BUON VICINAT, PARAMETRI TA` - DRITT TA` PROPRJETA`, LIMITI TA`
Fil-Qosor
Il-Ligi tirrikonoxxi d-dritt li ghandu s-sid ta` kull fond immobbli li juzah liberament u li jaghmeldawk il-modifiki li jidhrulu xierqa, anki jekk tali modifiki jnezzghu lill-gar tieghu minn xi formata` vantagg, basta li dawn l-istess modifiki ma jarrekawx lill-tali gar xi molestja gravi. Meta tali molestja ma tkunx gravi u sahansitra ma tissuperax il-limiti ta` tolleranza li jikkostitwixxu l-kejl tal-obbligi tal-buon vicinat, il-gar irid jissopporta tali molestja, minghajr ebda dritt li jitlob li l-molestja titwaqqaf jew li jigi kompensat minhabba l-pregudizzju kagunat lilu. Jekk il-molestja ma tkunx wahda facilment tollerabbli, allura din tkun wahda ingusta u l-gar jista` jitlob li tiwaqqaf. Hu pacifiku illi ma huwiex bizzejjed li wiehed jaghmel uzu mid-dritt tieghu izda dan l-uzu iridikun fil-limiti gusti kwindi anke konciljat ghad-drittijiet ohra ta' haddiehor li altrimenti jistghu jigu vvjolati b'dak l-uzu u dan ikun illeggittimu.

Sabiex titkejjel il-gravita` tal-molestja wiehed irid ihares mhux biss lejn in-natura tal-istess molestja imma lejn il-posizzjoni u s-sitwazzjoni tal-fondi u l-precedenza fil-pussess.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni