Referenza: 2261/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/03/2002
Qorti
OF MAGISTRATES (CIVIL)
Ġudikatura
MELI SILVIO
Partijiet
ABELA EMANUEL vs ABELA PAUL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACTIO CAMBIARIA, ECCEZZJONIJIET AMMISSIBBLI - KAMBJALA, NATURA TA`
Fil-Qosor
Il-kawza proposta a bazi ta' kambjala ghandha tigi mill-Qorti trattata bl-akbar celerita' possibbli.Il-kambjala hija proprju l-istrument kummercjali nventat biex appuntu jassigura din il-heffa u l-ghaggla fic-cirkontrazzjoni tal-krediti u d-dejn u sabiex tirrispetta u kemm jista' jkun tiggarantixxili l-processi kummercjali ikunu animati mill-istess esigenzi.

Biex tassigura din ic-celerita', l-ligi tiffrena l-eccezzjonijiet li jistghu jinghataw kontra l-possessur tal-kambjala biex dawn ma jittardjawx il-kanonizzazzjoni ta' import ta' kambjala. Tammetti eccezzjonijiet biex meta dawn ikun ta' facli soluzzjoni.

Appena kambjala tigi ammessa, tigi krejata obligazzjoni 'ad hoc', ghal kollox indipendenti u separata minn kwalunkwe obligazzjoni li setghet ipprecedietha. Ghalhekk f'kawza bhal din, l-eccezzjonijiet ammissibbli huma generalment limitati ghall-kambjala nnifisha u bhala regola m'ghandhomx jigu permessi eccezzjonijiet li jikkoncernaw obligazzjonijiet precedenti.

Il-Qrati taghna ippermettew temperament fis-sens li minkejja l-Artikolu 198 japplika kemm meta tali kambjali jkunu girati w anke meta le, hemm eccezzjonijiet permissibbli meta dawn jolqtu l-ezistenza tal-kambjala stess bhal meta l-kunsens tal-accettant tal-kambjala jkun vizzjat minhabba vjolenzajew dolo u ghalhekk tali eccezzjoni ghandha tingieb permezz ta' azzjoni ohra u permezz ta' azzjoni ad hoc.

Huwa veru illi skond dana l-artikolu tal-ligi, meta l-eccezzjoni ma tistax tigi definita malajr ma hijiex ammissibbli meta biha jkun ritardat il-pagament. Pero' hemm eccezzjonijiet tant assoluti kemm relativi, li jistghu jigu moghtija u ghandhom ikunu ammessi. Dawna l-eccezzjonijiet ghandhom il-bazi taghhom fid-dritt komuni u fid-dritt kambjarju. Per ezempju,l-inkapacita' li hija regolata mid-dritt komuni tifforma wahda mill-eccezzjonijiet assoluti, ul-pagament huwa wiehed mill-eccezzjonijiet relattivi jew personali li huma regolati mid-dritt kambjarju. Hemm ukoll eccezzjonijiet li gejjin minn fatti posterjuri ghad-data ta' l-emissjoni tal-kambjali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni