Referenza: 1180/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
08/03/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
DEPASQUALE FRANCO
Partijiet
CHIRCOP CARMEL vs MIDDLE SEA INSURANCE CO. LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
TRIBUNAL INDUSTRIJALI, GURISDIZZJONI ESKLUSSIVA TA` - TRIBUNAL INDUSTRIJALI, POTERI TA` REVIZJONI TAL-QRATI ORDINARJI
Fil-Qosor
Il-ligi taghraf bejn impieg ghal zmien definit u impieg ghal zmien indefinit, u, ghall-finijiet ta'tifsir ta' "tkeccija ingusta", tqis biss dan tal-ahhar bhala dak l-impieg li r-rimedju tat-temm tieghu jista' jintalab mit-Tribunal Industrijali.

It- Tribunal ghandu l-gurisdizzjoni esklussivali jikkunsidra u jiddeciedi l-kazijiet kollha fejn jigi allegat li saret tkeccija ingusta ghal kullghan (ghajr minn proceduri dwar reat), u li r-rimedju ta' haddiem hekk imkecci jkun biss billi l-ilment tieghu jintbaghat lil dak it-Tribunal u mhux xort'ohra.

Il-gurisdizzjoni esklussiva tat-Tribunal hija biss eccezzjoni ghall-gurisdizzjoni generali u aktar wiesgha (imsejha "gurisdizzjoni ordinarja" li jhaddnu dawn il-Qrati, u l-imsemmija gurisdizzjoni specjali, mnissla minn disposizzjonita' ligi specjali, m'ghandhiex tithalla tohrog lil hin mil-limiti stretti mfissra f'dak il-ligi specjali.

It-Tribunal Industrijali ghandu s-setgha li jifli tkeccija minn impieg ukoll jekk, minkejja li kien hemm ragunijiet li jiggustifikawha, din tkun saret b'mod mhux misthoqq jew ingust. Fikliem iehor, din il-gurisdizzjoni tat-Tribunal testendi ghal dak li huwa maghruf bhala technically unfair dismissal.

Illi l-istess haga tista' tinghad ghal dak li huwa teknikament maghruf bhalaconstructive dismissal, jigifieri cirkostanza ta' temm mill-impieg ta' persuna li, fid-dieher, qisha tkun irrizenjat mill-impieg, imma li, fil-fatt, tkun twasslet f'qaghda li jkollha titlaq kontra r-rieda taghha minhabba l-imgiba tal-imghallem taghha;

B'dan ghalhekk li, ladarba jigi stabilitli l-kwestjoni taqa' fil-limiti ta' dik il-gurisdizzjoni esklussiva, l-Qrati ma jkollhomx izjed setgha jidhlu fil-kwestjoni, u jibqa' biss setgha ta' revizjoni dwar l-operat tat-Tribunal.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni