Reference: 635/1998/1

Judgement Details


Date
28/02/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
BRIFFA REUBEN ET vs MALLIA JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BEJGH, AZZJONI WAHDA BAZATA FUQ DIFETT MOHBI U KWALITA` DIFFERENTI MINN DIK PATTUWITA - BEJGH, DOVER TAX-XERREJ LI JAGHMEL ACCERTAMENTI - BEJGH, KWALITA` PATTUWITA RIMEDJU DISPONIBBLI - BEJGH, MA JISTGHUX JINTALBU DANNI F`KAZ TA` NUQQAS TA` KWALITA` PATTUWITA - BEJGH, MHUX TAL-KWALITA` PATTUWITA - BEJGH, RIMEDJI DISPONIBBLI LIX-XERREJ
Summary
L-azzjoni redhibitoria jew aestimatoria taghti garanzija lix-xerrej ghal difett latenti jew mohbi ezistenti fil-mument tal-bejgh fl-oggett mertu tal-bejgh u xiri, mentri min-naha l-ohra l-azzjoni abbazi tal-artikolu 1390 titratta dwar il-fatt li l-oggett mertu tal-bejgh ma jkunx skond kif miftiehemjew pattwit, li ovvjament ma jimportax u ma jfissirx li tali oggett ikun fih xi difett.

Ma jistax ikun guridikament korrett li azzjoni wahda tigi bazata kemm fuq difetti mohbija kif ukoll fuqallegazzjoni ta` nuqqas ta` kwalita` pattuwita fil-haga mibjugha, u dan stante li l-istess azzjonijiet jittrattaw zewg tipi ta' azzjonijiet ben differenti u distinti minn xulxin, u liema azzjonijietma humiex konfondibbli.

Huwa dover tax-xerrej li jaghmel l-accertamenti dovuti qabel il-bejghspecjalment jekk ikollu xi dubju dwar kwistjoni essenzjali ghall-bejgh.

L-azzjoni ibbazata fuq l-artikolu 1390 tal-Kap 16, tirrikjedi li jekk il-venditur jikkonsenja haga mhux tal-kwalita` pattwita jew mhux bhal kampjun li fuqu l-vendita tkun saret, il-kumpratur jista' jaghzel jew li jirrifjuta l-haga u jitlob id-danni, jew li jirceviha bi tnaqqis fil-prezz fuq stima ta' periti u din l-azzjoni hija preskrivibbli b'eghluq is-sentejn mill-bejgh.

Ir-rimedju tad-danni mhux kontemplatfil-ligi.

Fl-ambitu ta' azzjoni naxxenti minn bejgh, fejn l-unici azzjonijiet li huma disponibbli ghall-kompratur huma l-azzjoni dwar il-pacifiku pussess u difett latenti skond l-artikolu 1427u l-azzjoni fuq indikata li l-oggett mhux tal-kwalita` pattwita abbazi tal-artikolu 1390 tal-Kap 16.

L-opinjoni preponderanti hija fl-ambitu tal-kuntratt ta` bejgh japplikaw regoli specjali lighandhom ghalhekk jipprevalu ghad-disposizzjonijiet generali li jirregolaw il-kuntratti; u li la darba l-ligi stess iddeterminat l-effetti tal-vizzji, m'ghandhomx jigu moghtija lix-xerrej, drittijiet, u lil venditur imposti oneri, akbar minn dawk indikati bil-ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info