Reference: 12/2010

Judgement Details


Date
09/11/2011
Court
CRIMINAL
Judiciary
MALLIA MICHAEL
Parties
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs ROBERT CILIA U PAULINE RUTH CILIA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Summary
L-eccezzjoni ta' inammissibilita' tippresupponi xi dispozizzjoni tal-ligi li teskludi dik il-prova milli tingieb ‘il quddiem fil-process. L-artikolu li jirregola l-hatra ta' perit fil-proceduri kriminali huwa l-artikolu 650. Dan l-artikolu fis-subartikolu (2) tieghu jirrikjedi li l-perit ghandu jigi mahtur mill-Qorti. Imbaghad is-subartikolu (5) tal-istess artikolu jipprovdi li “Il-qorti, kull meta jkun hemm bzonn, taghti lill-periti d-direzzjonijiet mehtiega”.F'dan il-kaz li kien jirrigwardan-nomina tal-iSpizjar Mario Mifsud dan kien sar ghaliex l-inkarigu tal-iSpizjar Mario Mifsud gie specifikat mill-Magistrat Inkwirenti bhala “biex jistabbilixxi l-fatti kollha rilevanti dwar il-kaz”. Din id-deskrizzjoni tal-inkarigu moghti lill-espert thalli hafna x'jigi desiderat izda ma jistax jinghad li ma tissodisfax il-vot tal-ligi li fuq kollox ma tirrikjedix sine qua non li l-espert jinghatatali direzzjonijiet ghaliex l-istess ligi, kif inghad, tipprovdi li dawn id-direzzjonijiet jinghataw “kull meta jkun hemm bzonn”.

Fost il-fatti relevanti li kellhom jigu stabbiliti kien hemmcertament jekk kienx hemm sustanzi fost id-dokumenti elevati u esibiti, u jekk kien hemm, x'kienetin-natura ta'dawk is-sustanzi. Meta l-iSpizjar Mario Mifsud ghamel l-analizi u l-identifikazzjoni tas-sustanzi misjuba l-operat tieghu kien ghalhekk konformi mal-inkarigu moghti mill-Magistrat Inkwirenti “biex jistabbilixxi l-fatti kollha rilevanti dwar il-kaz”. Ghal din ir-raguni ma jistax jigi ritenut, li l-operat tal-Ispizjar Mario Mifsud “mar oltre n-nomina lilu moghti mill-Magistrat Inkwirenti”. Il-Magistrat Inkwirenti bla ebda dubbju kien ben konsapevoli min-natura tal-ispecjalita' tal-espert Mario Mifsud tant li fid-digriet tieghu l-istess Magistrat indikah bhala “Spizjar Mario Mifsud”u ghalhekk kien ben konxju li l-hila partikolari tal-istess Mario Mifsud kienet dik ta' spizjar. Il-fatt li l-istess Magistrat issokta biex imprecizament u b'mod superfluwu jzid “bhala espert mediku”meta kjarament kien qieghed jinnomina “Spizjar” ma tirrendix ir-relazzjoni tal-iSpizjar Mario Mifsud u jew id-depozizzjoni tieghu inammissibbli ghaliex dik in-nomina, l-inkarigu li nghata, u l-operatin segwitu lkoll jikkonformaw ma' dak rikjest mill-ligi li ghalhekk ma teskludix li ssir il-prova taghhom. Din l-eccezzjoni giet respinta.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info