Referenza: 1955/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/10/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
ZAMMIT HUGH P NOE ET vs ABELA ANGELO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOLLIZJONI, DOVERI TA` MIN ISUQ - KOLLIZJONI, RIGH TURN - KOLLIZJONI, VELOCITA`
Fil-Qosor
Meta persuna tkun qed taqsam arterja principali tat-traffiku biex idur fi triq sekondarja hi tkun obbligata li toqghod attenta ghall-vetturi li gejjin minn warajha u ghal dawk li gejjin minn faccata.Hi ghandha tinzamm responsabbli jekk taqsam l-arterja principali u b'hekk taghmilha impossibbli ghas-sewwieq li jkun gej minn faccata li jevitaha.

Jekk zewg sewwieq setghu jaraw lil xulxin fi zmien utili, l-fattur tal-velocita` m'ghandux x'jaqsam xejn ma l-kawza determinanti tal-kollizjoni. Il-velocita' tal-parti l-ohra mhix skuza ghas-sewwieq li jonqos mill-osservanza tad-dmirijiet tieghutas-sewqan.

Il-fatt li sewwieq ikun qed isuq karozza b'velocita' eccedenti l-velocita` massima regolamentari, jekk dan ma jkunx il-kawza determinanti tal-kollizzjoni, huwa m'ghandux jinstab responsabbli lanqas fi grad ta' kontributorjeta' purche' li speed tieghu ma jkunx dak li jista' jissejjah "sfrenat".

Gie kostantement ritenut illi waqt li l-velocita' eccessiva ghal dik regolamentari, jekk tirrizulta pruvata, tesponi lis-sewwieq sija jekk dan ikun main road user u sija jekk ma jkunx, ghall-proceduri kriminali kontra tieghu ghall-vjolazzjoni ta' regolamenti tas-sewqan appositi;tali velocita' eccessiva fiha nfisha ma tistax titqies a priori bhala fattur determinanti ghar-responsabilita' ghall-incident jew kontributorju ghalih. Irid jigi stabilit sodisfacentement illi l-velocita' eccessiva kienet element determinanti li pprovoka l-incident u li tista' titqies bhala l-kawzaprossima tal-akkadut.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni