Reference: 2331/1997/1

Judgement Details


Date
25/01/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
FILLETTI JOSEPH A.
Parties
CUTAJAR SALVU vs VELLA ALFRED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPREZZAMENT HAZIN TAL FATTI
Summary
L-attur appellant jillanja mill-fatt li, skont hu, l-ewwel Qorti “ghamlet apprezzament hazin tal-fatti impoggija quddiemha” u b'hekk spiccat biex iddecidiet b'mod zbaljat kontra t-tezi tieghu.

Din il-Qorti tirrileva li trattandosi ta' provi ta' fatt, din il-Qorti ta' revizjoni ma tiddisturbaqatt leggerment dak l-apprezzament ezercitat mill-ewwel Qorti li tkun fl-ahjar qaghda li tgharbel dawn l-istess provi ta' fatt li jkunu allura gew prodotti quddiemha.

Peress li l-principju li huwa addottat fil-qasam tal-evidenza jimxi fuq il-binarju ta' “ei incumbit probatio qui dicit non eiqui negat”, evidentement kien jinkombi maggorment fuq l-attur, bhala l-parti li qeghda tippromwovi l-kawza li tforni tali prova fil-grad rikjest tal-ligi. Fil-fehma konsiderata tal-ewwel Qorti, din il-prova ma ngabitx u hija l-fehma wkoll ta' din il-Qorti li tabilhaqq tali prova ma tirrizultax mill-atti processwali.

Din il-Qorti, bhal ma kien il-kaz tal-ewwel Qorti, ma sabet assolutament xejn x'ticcensura fis-sewqan tal-konvenut appellat - kemm-il darba l-verzjoni tal-fatti sehhew kif xehed hu. Izda d-differenza fil-kaz tieghu, minn punto di vista ta' procedura, hu li l-prova tispettali ssir maggorment fuq il-kontroparti attrici u mhux fuqu.

Ghalhekk tiehu mil-liema angolu li trid, l-aggravji tal-attur appellant la huma fondati fil-fatt u lanqas fid-dritt u l-appell tieghuma jimmeritax li jigi akkolt. Ghaldaqstant, din il-Qorti tiddeciedi billi filwaqt li tikkonferma s-sentenza appellata moghtija mill-Qorti tal-Magistrati ta' Malta fil-kawza fl-ismijiet premessi, tichad l-appell tal-attur, bl-ispejjez taz-zewg istanzi kontra l-attur appellant.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info