Referenza: 165/1995/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/01/2002
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
FARRUGIA ALEXANDRA SIVE SANDRA vs FARRUGIA RAYMOND
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ZWIEG, IMPORTANZA TAL-PRINCIPJI GENERALI TAD-DRITT CIVILI RIGWARDANTI L-KUNSENS - ZWIEG, NULLITA` MINHABBA QERQ - HABI TA` DIFETT FIZIKU - ZWIEG, RELEVANZA TAL-PRINCIPJI ZVILUPPATI FID-DRITT KANONIKU
Fil-Qosor
Il-gurisprudenza tat-Tribunali Ekklesjastici u l-insenjament tal-kanonisti jaghmlu qari interessantili jista' jkun ukoll utili biex it-tribunali civili jaslu ghall-apprezzament tat-tifsir tal-kliem uzat mil-legislatur Malti fid-disposizzjonijiet ispirati mil-ligi kanonika. Dan pero' bl-ebda mod majfisser illi l-Qrati, fl-interpretazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-ligi civili setghu, jew aktar uaktar kellhom, isegwu jew jistriehu fuq dak it-taghlim gurisprudenzjali u jwarbu fil-genb it-tifsirtal-kliem u termini legali fid-disposizzjonijiet taht ezami skond kif iggvernat mir-regoli ta' l-interpretazzjoni u kif elaborati fil-gurisprudenza nostrana. Il-Qrati kellhom izommu quddiem ghajnejhom illi l-ligi kanonika ut sic kienet b'disposizzjoni espressa tal-ligi eskluza mill-ordinament guridiku Malti u konsegwentement ghal kull fini w effett tal-ligi z-zwieg - bhala kuntratt - ma setax stricto iure jigi regolat jekk mhux mir-regoli li jiggvernaw dak il-kuntratt li kienu specjali ghalihskond kif espressi mid-disposizzjonijiet ta' l-Att Dwar iz-Zwieg (fil-Kap. 255) u fin-nuqqas skond dawk il-provvedimenti li jirregolaw l-interpretazzjoni tal-kuntratti in generali. Dawn il-konsiderazzjonijiet japplikaw b'mod partikolari f'dawk iz-zwigijiet kuntrattati fiz-zmien meta b'disposizzjonidiretta tal-legislatur kien biss l-ordinament civili li jirregola z-zwigijiet ad eskluzjoni ta' kull ordinament iehor.

Il-habi ta` difett fiziku serju li seta` kellu effett fuq il-kunsens tal-parti l-ohra fiz-zwieg jammonta ghal qerq li jwassal ghall-annullament taz-zwieg.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni