Referenza: 1/2010

Dettalji tas-Sentenza


Data
06/06/2011
Qorti
CRIMINAL
Ġudikatura
QUINTANO LAWRENCE
Partijiet
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs DAVID ZERAFA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AMMISSIBILITA TA PROVI
Fil-Qosor
Salv kunsiderazzjonijiet tar-relevanza tal-prova proposta f'dan il-kaz mid-difiza, li huma riservatif'dan l-istadju ta' qabel il-guri ghall-gudikant li jippresjedi l-guri, jekk prova hi ammissibbli skond il-ligi, allura kwalunkwe pregudizzju li tista' ssofri xi parti fil-process konsegwenza ta' dikil-prova jkun “pregudizzju” legittimu skond il-ligi u kwalunkwe “vantagg”, reali jew percepit konsegwenza tal-ammissibilita ta' dik il-prova, ma jistax jitqies proceduralment ingust ghaliex dak il-vantagg ikun wiehed skond il-ligi. Kwazi kull prova prodotta fil-kors tal-proceduri kriminali tista' tkun “ta' pregudizzju”, fis-sens li taghmel hsara, lil xi parti jew ohra, izda dan b'ebda mod ma jfisser li dik il-prova tkun inammissibbli darba li ma tkunx eskluza jew tkun permessa mill-ligi.
L-ewwel Qorti rriteniet il-prova proposta mid-difiza bhala wahda relevanti in kwantu tincidi fuq il-karattru ta' xhud. Il-provi producibbli huma mhux biss dawk dwar il-facts in issue izda wkoll dwarfacts relevant to the facts in issue u l-kredibilita? ta' xhud hi certament a fact relevant to the facts in issue. Inoltre, il-fedina penali ta' persuna tista' dejjem tintuza ghall-finijiet ta' kontroll tax-xhud. Fic-cirkostanzi il-Qorti tal-Appell Kriminali astjeniet milli tiehu aktar konjizzjoni ta' din il-kwistjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni