Referenza: 210/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
11/02/2002
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
IL-PULIZIJA (SPT. M. STELLA CUTAJAR) vs FARRUGIA PATRICK, FARRUGIA CARMELO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
REAT, ELEMENTI MEHTIEGA SABIEX REAT IKUN KOMPRIZ F`REAT IEHOR - SENTENZA, INDIKAZZJONI TAL-ARTIKOLU LI JIKKONTEMPLA R-REAT
Fil-Qosor
L-indikazzjoni zbaljata ta' l-artikolu tal-ligi li jikkontempla r-reat li tieghu persuna tkun giet misjuba hatja jammonta ghal nuqqas ta' indikazzjoni tal-artikolu tal-ligi ghall-finijiet tal-Artikolu382 tal-Kodici Kriminali. Dana n-nuqqas ta' formalita` sostanzjali jgib bhala konsegwenza n-nullita` tas-sentenza appellata u s-smiegh mill-gdid fil-mertu minn din il-Qorti fir-termini ta' l-Artikolu428(3) tal-imsemmi Kodici.

Biex reat jista' jitqies li hu kompriz u involut f'iehor, l-ingredjenti kollha ta' l-ewwel wiehed iridu jkun jinsabu fir-tieni wiehed. Kif jispjega l-awtur Francesco Antolisei fir-rigward ta' dak li jsejjahlu "reato complesso in senso lato", ikun hemm din il-figura ta' reat "quando un reato, in tutte o in alcune delle ipotesi contemplate nella norma incriminatrice, contiene in se` necessariamente altro reato meno grave". Proprju minhabba l-intenzjoni ossia l-element formali rikjest fir-reat ta' hsara volontarja minn naha u ta' ragion fattasi minn naha l-ohra, iz-zewg reati jeskludu wiehed lill-iehor, b'mod ghalhekk li ma jistax wiehed minhom ikun kompriz uinvolut fl-iehor.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni