Referenza: 1311/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
24/01/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
BORG CARDONA DR ANDREW vs ABELA JOSEPH S ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, LIBERTA` TA` ESPRESSJONI - LIBELL, ANIMUS INIURIANDI - LIBELL, FAIR COMMENT - LIBELL, INNUENDO - LIBELL, KIF IRID ISIR L-EZAMI TAL-ARTIKOLU INKRIMINAT - LIBELL, KORRETTEZZA TAL-FATTI - LIBELL, LIBELL FAMUZ - LIBELL, LIBERTA` TA` ESPRESSJONI - LIBELL, MALAFAMA - LIBELL, QARREJ ORDINARJU - LIBELL, RESPONSABILITA` TA` EDITUR - LIBELL, STATEMENT OF FACT
Fil-Qosor
Huwa importanti li jinzamm bilanc bejn il-liberta` li wiehed jikkritika u li jsemmi l-opinjoni u l-gudizzju tieghu, mal-bzonn l-iehor, xejn anqas mehtieg, tad-difiza tar-reputazzjoni, l-unur, l-isem tajjeb, li kull persuna f'socjeta` demokratika ghandu kull dritt li jgawdi.

Kulhadd huwa liberu sabiex jaghti l-opinjoni tieghu u anke jaghti gudizzju tieghu, pero` tali espressjoni ma ghandha qatt twassal sabiex jigu attribwiti atti lil xi persuna, b'mod li jattakaw ir-reputazzjoni tal-istessu l-fama tieghu, meta tali atti lanqas ikunu veri.

F'materja ta' ingurja bl-istampa ghandhaissir distinzjoni bejn "allegation of fact" u dak li huwa "comment". Biex tirnexxi id-difiza tal-verita` tal-konvicju, il-fatt ghandu jigi ppruvat. Il-comment biex ikun gustifikat irid ikun "fair andbona fide", u ma jistax ikun "fair u bona fide" jekk il-fatt attribwit lill-kwerelant ma jkunx veru.

Ma tistax tirnexxi l-eccezzjoni tal-fair comment, "jekk ma jigux ippruvati sodisfacentament,il-fatti addebitati lill-kwerelant, u ma tistax tirnexxi id-difiza tal-'justification' u jekk il-fatti ma jkunux veri, lanqas jista' jkun hemm 'fair comment'.

Sabiex isir dan l-ezami wiehed irid jiehu il-kliem fis-sens normali w ordinarju taghhom.

Anke jekk l-allegazzjoni ma tkunx giet espressament miktuba, izda mill-assjem tal-artikolu johrog car x'ikun qed jigi manifestament implikat, hemm kawza ta' libell, jekk tali allegazzjonijiet ma jigux ippruvati. Dan jista' jsir ukoll pero` permezz ta' "innuendo".

"F'materja ta' ingurja permezz ta' l-istampa l-ingurja tista' tirrizulta permezz ta' 'innuendo'. L-'innuendo' jista' ikun ta' zewg xorta jigifieri: (a) dak li permezztieghu tigi identifikata l-persuna li ma tkunx issemiet b'isimha, u (b) dak li permezz tieghu jigistabbilit is-sens tal-kliem ritenut ingurjuz mill-persuna li tippretendi li giet ingurjata".

Inoltre sabiex wiehed jasal biex jaghmel dan l-ezami jekk artikolu huwiex libelluz jew le wiehed "ghandu jhares mhux biss il-bran denunzjat, imma l-artikolu kollu kemm hu li jikkontjeni tali bran. U f'din il-materja hu elementari li wiehed jikkonsidra mhux dak li setgha talvolta kellu f'rasu min kiteb l-artikolu, imma dak li fil-fatt kiteb, ghaliex dak li jaqra il-qarrej.

Meta l-ingurja hija diretta kontra persuna fizika, "il-margini ta' tollerenza twessa', u mhux kull kumment qawwi u anki azzardat jikkwalifika bhala ingurja", "dan li il-Qorti ghandha tippermetti l'atitudini fil-kritikali tista' tkun mhux biss iebsa izda wkoll azzardata entro il-limiti accettati tad-dicenza permessibbli f'socjeta' demokratika", u tali regoli ghandhom jigu applikati b'iktar wiesgha f'kazijiet li lejha hija indirizzata tali kritika tkun ta' certa notorjeta` pubblika, il-kritika tkun ta' interess pubbliku, u fejn il-kritika tkun ibbazata fuq u mibnija madwar fatti li jkunu sostanzjalment veri.

Anke jekk l-istess kittieb tal-artikolu rekriminat qed isostni li huwa qatt ma kellu intenzjonili jimmalafama lill-istess attur, jekk mill-fatti kif minnu prezentanti fl-istess kitba jirrizulta li huwa qed jaghmel allegazzjonijiet ta' fatt fuq l-attur, liema allegazzjonijiet ta' agir da parte tal-attur jirrizultaw li ma humiex veri, u li l-istess fatti attribwiti lill-istess attur huma dannuzi ghall-karattru u reputazzjoni tieghu, iktar u iktar f'dan il-kaz, meta l-istess konvenut irreferaghall-operat tal-attur fil-kwalita` professjonali tieghu, mela allura l-intenzjoni li timmalafama tirrizulta pruvata mill-artikolu nnifsu.

Editur ta` gurnal jibqa` responsabbli ghall-kontenut ta` artikolu publikat f`dak il-gurnal anki jekk ma jkunx qara l-istess.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni