Reference: 1209/2000/1

Judgement Details


Date
09/01/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
RABAT CONSTRUCTION LTD vs CUTAJAR CONSTRUCTION COMPANY LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RES JUDICATA, EADEM CAUSA PETENDI - RES JUDICATA, EADEM PERSONAE - RES JUDICATA, EADEM RES - RES JUDICATA, ELEMENTI TA` - RES JUDICATA, IL-GUDIKAT JASSORBI KULL ECCEZZJONI LI KIEN IMISSHA, JEW SETGHET, GIET SOLLEVATA FL-MERTU - RES JUDICATA, IL-GUDIKAT JIKKOMPRENDI DAK KOLLU LI SETA` GIE DISKUSS
Summary
Sabiex tintlaqa` l-eccezzjoni tal-gudikat iridu jikkonkorru tlett elementi:

1. Eadem res - dan jinkorpora li l-oggett mitlub fit-talba l-gdida hu identiku ghal talba precedenti li giet determinata minn sentenza li ghaddiet in gudikat. Il-bazi ghal dan ir-rekwizit hija cara: sentenza li tikkostitwixxi gudikat ma tistax timpedixxi talba gdida milli tigi proposta quddiem il-Qorti, jekk din hintiza sabiex tottjeni xi haga differenti ghal dak li kien ipprova jitlob b'talba precedenti li gietdeterminata minn sentenza precedentement. Minn dan isegwi li anki jekk l-oggett ta' talba gdida husimili ghal ta' decizjoni precedenti, din is-similarita` mhix ostaklu ghall-talba gdida ghaliex l-effetti ta' sentenza li tkun ghaddiet in gudikat huma limitati ghal dak li kienu ssottomettew il-partijiet u ghal dak li jkunu ddecidew il-Qrati. Mill-interpretazzjoni li jaghtu d-diversi awturi ta' kifghandha tigi determinata l-identita` ta' l-oggett jidher illi l-ahjar mod hu li tezamina jekk il-kwistjoni mqajjma fit-talbiet attrici gietx jew le deciza minn sentenza li tkun ghaddiet in gudikat.Illi ghalhekk, wiehed irid jara jekk il-punt imqajjem fl-istess talbiet gewx determinati mis-sentenza l-ohra jew jekk baqax irrisolt. Illi jekk il-kwistjoni tkun giet diskussa u deciza, allura jkunhemm l-identita` ta' l-oggett. Dwar l-identita` tal-haga mitluba hu pacifikament ammess li mhux necessarju li l-identita` tkun assoluta u materjali izda bizzejjed l-identita` guridika.

Jekk bejn it-talbiet fit-tieni kawza u dak li gie deciz fl-ewwel kawza jkun hemm kontradizzjoni u mpossibilita` ta' ko-esistenza, allura jokkorri l-element fondamentali tal-gudikat fl-identita` tal-oggett; madan jizdied illi dwar l-indentita` tal-haga mitluba bhala wiehed mir-rekwiziti tal-gudikat, hu pacifikament ammess li mhux necessarju li l-identita` tkun assoluta u materjali, imma tibbasta l-identita` guridika.

Il-gurisprudenza nostrali tmur anke oltre minn hekk peress li huwa ormaj principju assodat tant li gie deciz li l-eccezzjoni ta' res judicata hija wkoll applikabbli meta parti tippretendi li tista' tinnewtralizza l-effikaccja ta' gudikat billi tippromuovi proceduri li huma dijametrikament opposti ghal dawk tal-gudikat.

Il-gudikat jifforma ruhu mhux biss ghar-rigward ta'dak li gie diskuss espressament, imma anke` ta' dak li messu gie diskuss u ma giex diskuss mill-parti li kellha tiddiskutih biex isostni d-domanda jew l-eccezzjonijiet taghha.

Hemm lok ta' eccezzjoni tal-gudikat anke` meta l-mertu tal-kawza ghalkemm distint minn dak ta' qabel jifforma parti mill-istess haga, jekk il-punt kontrovers jibqa' l-istess.

Hu pacifiku li l-gudikat jassorbixxi kull eccezzjoni li, in meritu tal-azzjoni, kien imissha, jew setghet, giet sollevata in relazzjonighall-azzjoni stess.

Dicitura differenti fl-impostazzjoni ta` zewg azzjonijiet rigwardanti l-istess mertu ma jeskludix l-eadem res.

2. Eadem Causa Petendi - Din il-kondizzjoni tirrikjedi li "the cause of the claim" kontenuta fit-talba l-gdida, tkun l-istess bhat-talba precedenti u ligiet deciza minn sentenza li ghaddiet in gudikat. Il-causa petendi hi "the title on which the demandis based". Illi ghalhekk, din hija t-titlu, cioe', l-fatt guridiku li fuqu d-dritt pretiz hu bbazat. Illi sabiex il-kundizzjoni ta' l-"eadem causa petendi" tirnexxi, irid jigi ppruvat li l-kawzali kontenuta fit-talba l-gdida hi fondata fuq l-istess fatt guridiku li kien jifforma l-bazi tat-talba precedenti, li giet determinata b'sentenza li ghaddiet in gudikat. Il-gudikat ma jigix nieqes minhabba id-diversita` ta' motivi tal-'causa petendi'.

3. Eadem Personae - l-identita` tal-kontendenti fiz-zewg kawzi. Dan ma jfissirx li "l-promoturi tal-istess procedura setghu jipproponu mill-gdidkawza identika bl-inseriment ta' persuna li l-presenza taghhom ma kinietx verament necessarja mill-aspett legali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info