Reference: 150/1992/1

Judgement Details


Date
23/02/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DEPASQUALE FRANCO
Parties
GATT DIANA ET vs SAID VINCENT
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO REI VINDICATORIA, EZERCIZZJU MINN KOMPROPRJETARJU - ECCEZZJONIJIET, META TISTA` TITRESSAQ NOTA TAL-ECCEZZJONIJIET ULTERJURI - SELECTA UNA VIA NON DATUR RECURSUS AD ALTERAM
Summary
Kull wiehed mill-komproprjetarji ghandu d-dritt jezercita l-azzjoni rivendikatorja sahansitra jekk il-kwota tieghu tkun incerta; u jista' jezercitaha minghajr il-kunsens tal-komproprjetarji l-ohra, usahansitra kontra l-volonta' taghhom.

L-artikolu 158 tal-Kap 12 li jipprovdi illi "in-nota ta' eccezzjonijiet tista' wara li jingiebu l-provi tal-attur, u qabel ma l-konvenut igib il-provi tieghu, tigi emendata b'nota separata sew bir-rinunzja ta' wahda jew ohra mill-eccezzjonijiet kemm b'zieda ta' eccezzjoni ohra bla hsara ghal dawn l-eccezzjonijiet li jistghu jinqalghu f'kull stadju tal-kawza".

Il-konvenut jista' jinghata l-opportunita' li jaghmel nota tal-eccezzjonijiet ulterjuri jekk dan ikun fl-interess tal-gustizzja u kien hemm xi raguni valida ghalfejn tali eccezzjoni ma tkunx tqajmet immedjatament. Il-fatt li l-konvenut ikun a konoxxenza tal-bazi li fuqha hu seta jqajjem tali eccezzjoni jimmilita kontrih.

Una volta l-parti f'kawza tkun ghazlet triq ta' difiza tal-jeddijiet taghha, kemm bhala attur kif ukoll bhala konvenut, u ipprocediet fuqhom bil-prezentatata' azzjoni jew eccezzjoni, ma kienx konsentit lil dik il-parti illi f'dawk l-istess proceduri tibdel il-linja difenzjonali taghha - "selecta una via non datur recursus ad alteram". Ma kienx hekk permess li taghmel f'kull kaz imma zgur li ma seta' jigi accettat qatt li jekk isir meta l-bidla fil-linja difenzjonali proposta bl-eccezzjoni ulterjuri tkun tali li tbiddel kompletament il-bazi tad-dritt li biha l-konvenut jkun qed jiddefendi ruhu u anzi tkun in kontradizzjoni netta maghha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info