Reference: 2044/1998/1

Judgement Details


Date
24/09/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
SULTANA DR HERBERT ET vs EASYSELL PROPERTIES LTD ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO SPOLII, ELEMENTI TA` - ACTIO SPOLII, MINN META JIBDA JIDDEKORRI L-PERIJODU TA` DEKADENZA TA` XAHAREJN
Summary
L-azzjoni ta' spoll hija bazata fuq tliet elementi, u jigifieri (a) il-pussess; (b) it-tehid tieghub'ghamil tal-imharrek u (c) li l-azzjoni nbdiet fi zmien xahrejn.

Dwar l-ewwel element, huwamehtieg li jintwera li, fil-waqt li sar l-ghamil ilmentat, l-attur kien fil-pussess imqar materjalijew ta' fatt. Minbarra dan, il-pussess ma ghandux ikun ekwivoku imma fid-dieher, ukoll jekk ikun ghal waqt qasiru l-Qorti ghandha tillimita ruhha biss biex tqis il-fatt tal-pussess u dak tal-ispoll.Mhux mehtieg li l-pussess li jista' jithares minn azzjoni bhal din ikun wiehed esklussiv.

Dwar it-tieni element, huwa mehtieg li jintwera li l-ghamil spoljattiv ikun wiehed arbitrarju u maghmul kontra r-rieda tal-possessur b'mod li jista' jaghti lok ghal azzjoni ta' danni kontra min ikun wettqu. Huwa wkoll mahsub li l-ghamil irid ikun wiehed vjolenti jew imqar mistur ghall-gharfien tal-persuna li kellha l-pussess.

Dwar it-tielet element, il-ligi trid li l-azzjoni ghat-tnehhija tal-effetti tal-ispoll ghandha tinbeda fi zmien xahrejn. Dan iz-zmien huwa meqjus bhala terminu ta'dekadenza. Bhal kull wiehed iehor mill-elementi tal-azzjoni, dan il-fatt ghandu jigi pruvat mill-attur. Izda meta l-kwestjoni taz-zmien tittella' mill-imharrek bis-sahha ta' eccezzjoni, allura l-prova li l-azzjoni ta' spoll privileggat saret barra zmienha taqa' fuq l-istess imharrek.

Dwar il-kwestjoni taz-zmien li fiha jmissha ssir il-kawza ghandu jinghad li tinqala' l-problema dwar minnmeta ghandu jibda jintghadd it-terminu ta' xahrejn li tiffissa l-ligi. Dan jinholoq b'mod partikolari meta l-ghamil spoljattiv ikun sar minn wara dahar il-persuna li kellha l-pussess. Kien hemm kazijiet fejn il-qrati ghamlu distinzjoni bejn meta l-ghamil ta' spoll ikun wiehed li sar darba u fejnl-ghamil ikun att li jippresisti, u ghalhekk inholoq il-hsieb li l-azzjoni tibda jew minn meta l-persuna li ttehdilha l-pussess intebhet bl-ispoll jew meta l-att persistenti ntemm. Il-Qorti ikkunsidrat li qari xieraq tal-ligi li jitkellmu dwar l-azzjoni privileggata tal-ispoll jindikaw li dan iz-zmien jibda jitqies minn dak inhar tal-ispoll.

Biex issehh l-azzjoni tal-ispoll huwa mehtieg ukoll li t-tliet elementi msemmija hawn ikunu kollha pruvati li jesistu, b'mod illi jekk jinstab, perezempju, li l-attur naqas li jressaq l-azzjoni fiz-zmien ta' xahrejn, l-azzjoni taqa' minhabba n-nuqqas ta' wiehed mill-elementi mehtiega minghajr ma jkun hemm bzonn li wiehed jistharreg jekk jikkonkorrux l-elementi l-ohrajn tal-pussess u tal-ghamil li bih il-pussess ikun ittiehed.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info