Reference: 568/1993/1

Judgement Details


Date
09/02/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
SPITERI GREZZJU vs BALDACCHINO CATHERINE
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO REI VINDICATORIA, GRAD TA` PROVA - ACTIO REI VINDICATORIA, META L-KONVENUT JALLEGA TITOLU - ACTIO REI VINDICATORIA, SKOP TA` - MELIUS EST NON HABERE TITULUM QUAM HABERE VITIOSUM - POSSIDEO QUA POSSIDEO - PRESKRIZZJONI, ELEMENTI TAL-PUSSESS MEHTIEG GHALL-PRESKRIZZJONI AKKWISITTIVA - PROVA, PREZUNZJONI STABILITA MILL-LIGI - SUPERFICIES SOLO CEDIT - UZU, DISTINZJONI MINN DRITT TA` PROPRJETA`
Summary
Huwa illum pacifiku illi l-proprjetarju ta' l-art ghandu l-proprjeta' ta' l-ispazju sovrastanti u ta' dak sottostanti; u ghalhekk l-arja hija tieghu. Din pero' hija prezunzjoni semplicement "juris tantum", li tammetti prova kontrarja. Dan ifisser illi sakemm ma jkunx hemm prova kuntrarja, l-prezunzjoni hija illi l-bejt huwa ta' min jipposjedi l-komoditajiet sottostanti ghalih.

Dak li ghandu favur tieghu prezunzjoni stabbilita mil-ligi, hu mehlus minn kull prova tal-fatt prezunt. Dan ifisser illi kuntrarjament ghal dik li tkun il-posizzjoni bhala regola fil-kaz ta' azzjoni rivendikatorja fejn il-prova djabolika tinkombi fuq l-attur, ikun hemm f'dan il-kaz rovexxament tal-oneru tal-prova.

Hemm differenza kbira bejn il-proprjeta' tal-arja fuq bejt u s-semplici servitu' tal-uzu fuq dak il-bejt. Fl-ewwel kaz l-arja sovraposta tkun l-oggett ta' proprjeta', fil-kaz l-iehor il-bejt ikun ta' haddiehor. Kwindi jekk il-konvenut jippretendi illi huwa ghandu l-uzu tal-bejt in kwistjoni hu jkun fl-istess hin qed jirrikonoxxi li dan il-bejt mhux tieghu.

Jekk il-konvenut imbaghad ma jirnexxielux jipprova t-titolu minnu allegat u jibqa' sokkombenti f'dik il-prova, huwa prekluz milli jinvoka favur tieghu l-pussess.

Huwa ormai stabbilit mill-gurisprudenza illi jekktitolu ta' akkwist ta' proprjeta' invokat mir-rivendikant huwa derivat, il-prova tal-proprjeta' ma tkunx intlahqet bl-ezibizzjoni tas-semplici kuntratt ta' trasferiment a favur ir-rivendikant, peressilli ir-rivendikant irid jipprova wkoll illi l-awtur tieghu seta' jiddisponi minn tali dritt u jridjirrisali sa dante causa li kellu titolu originarju.

Huwa principju fondamentali fid-Dritt Gudizzjarju illi meta l-konvenut ma jirrespengiex il-pretensjoni ta' l-attur, sempliciment permezz tal-pussess li huwa ghandu animo dominii, imma jgib 'il quddiem titolu li bih ried u jrid jipprova d-dritt tieghu ghall-haga li ghandu f'idejh, huwa mehtieg li jigi ezaminat dak it-titolu akkampat mill-konvenut. U allura l-prova ta' dak it-titolu taqa' fuq il-konvenut li jallegah. Jekk il-konvenut majasalx biex jipprova dak it-titolu tieghu, allura ma jistax izjed jinheba wara l-pussess u jghid "possideo quia possideo" ghaliex huwa nizel fil-kamp u fil-lotta gjudizzjarja taht titolu ta' proprjeta' li jippretendi u jekk dak it-titolu jaqa', huwa ma jibqaghlu xejn precizament ghaliex dak il-pussess li huwa qed jippretendi li ghandu huwa kollu bazat fuq dak it-titolu tal-proprjeta' li huwa akkampa - melius est non habere titolum quam habere vitiosum.

Il-preskrizzjoni trentennali la tirrikjedi l-"giusto titolu" u lanqas il-'buona fede" u dana in kwantu ghall-ewwel rekwizit jigi sostitwit proprju z-zmien u ghat-tieni tissuplixxi l-presunzjoni tal-ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info