Reference: 16/2010

Judgement Details


Date
30/04/2010
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
SCHMITT ALAIN vs ONOR PRIM MINISTRU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FUNDAMENTALI - ESTRADIZZJONI
Summary
Ir-rikorrent ghadda proceduri ta' estradizzjoni u in forza taghhom hu gie ordnat li jigi estradit lejn Franza, wara hrug ta' mandat ta' arrest mit-Tribunal de Grande Istance f'Thionville fi Franza, ghar-reati ta' sekwestru ta' persuna, estorsjoni u atti vjolenti mwettqa f'assoccjazzjoni ma' ohrajn.L-ordni ta' estradizzjoni moghtija mill-Qorti tal-Magistrati (Malta) giet ikkonfermata mill-Qorti tal-Appell Kriminali bis-sentenza taghha tat-23 ta' Frar, 2010.

Ir-rikorrent, b'dawn il-proceduri, ressaq diversi ilmenti ta' natura kostituzzjonali, fis-sens li ilmenta mill-fatt li sa minn metagie arrestat u tul iz-zmien li nzamm arrestat gew miksura fil-konfront tieghu kwazi d-drittijiet fundamentali kollha tieghu. Il-lanjanzi tar-rikorrenti jistghu jigu nkwadrati kif gej:
(i) Vjolazzjoni tad-dinjita' tieghu bhala persuna u tad-dritt ta' privatezza ghall-mod kif gie arrestat, operazzjoni li skont ir-rikorrent twassal ghall-agir degradanti u inuman;
(ii) Ma gietx segwita l-procedura li trid il-ligi fis-smigh tal-kaz tieghu quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Malta);
(iii) Nuqqas ta' attenzjoni medika tul iz-zmien li dam arrestat;
(iv) Ic-cahda ta' helsien mill-arrest;
(v) Kundizzjonijiet tal-habs fi Franza;
(vi) Il-fatt li nstab hati mill-Qorti Franciza fl-assenza tieghu;
(vii) Li hu ma kellux jinstab hati tal-akkuzi dedotti kontrih fi Franza;
(viii)Nuqqas ta' contact visits kemm ilu detenut taht arrest.

Fil-fehma ta' din il-Qorti, l-ezami li jkun irid isir mill-Qorti - darba li r-rimedju kostituzzjonali qed jintalab bl-iskop li r-rikorrent ma jigix estradit, tant li hu rrifjuta li jintbaghat fi Franza pendenti dawn il-proceduri - hu limitat biex tara jekk gewx miksura d-drittijiet fundamentali b'mod li jwasslu ghar-revoka jew modifikatal-ordni. Kwalunkwe indagni ulterjuri, jmur lil hinn mill-iskop ahhari ta' dawn il-proceduri. Danifisser li jekk ir-rikorrent jilmenta li nkisirlu xi dritt fundamentali tieghu, izda li anke ezitu pozittiv ghal dik il-lanjanza ma twassalx ghar-revoka jew modifika tal-ordni ta' kustodja, din il-Qorti m'ghandhiex, f'dawn il-proceduri, tidhol biex tezaminahom u jibqa' f'kull kaz rizervat favur ir-rikorrent id-dritt li jitlob ir-rimedju opportun, pero' indipendentement mill-esekuzzjoni tal-ordni ta' kustodja.

Din il-Qorti tara li l-prova li r-rikorrent irid jaghmel dwar il-mod kif sehh l-arrest tieghu u t-trattament li qed jircievi fid-dawl tal-istat ta' sahha tieghu, mhux rilevanti ghall-fini ta' dawn il-proceduri, ghax anka jekk ir-rikorrent jinghata ragun fuq dawn il-lanjanzi, dawnma jaffettwawx l-ordni ta' kustodja ut sic u lanqas l-estradizzjoni tieghu.

Ghaldaqstant, din il-Qorti mhux se tilqa' t-talba tar-rikorrent ghas-smigh tal-provi ghall-iskop minnu indikat. Ghall-istess raguni, din il-Qorti ma tarax li ghandha tinvestiga l-ilmenti tar-rikorrenti marbuta mal-mod tal-arrest tieghu u man-nuqqas ta' attenzjoni medika u contact visits. Fil-fehma tal-Qorti, ankejekk sehh dak li allega r-rikorrent fic-cirkostanzi, dawn ma jiggustifikawx ir-revoka jew il-modifika tal-ordni ta' kustodja. L-istharrig ta' dawk l-ilmenti m'ghandux jithalla jintralcja l-proceduri ta' estradizzjoni li min-natura taghhom iridu jigu trattati b'certa ghagla.

Din il-Qorti, ghall-fini ta' dawn il-proceduri, sejra tiskarta ukoll kull ilment marbut mal-artikolu 6 tal-Konvenzjoni ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, inkorporata fil-ligijiet Maltin bl-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea (Kap. 319 tal-Ligijiet ta' Malta), u l-artikolu konsimili li jinsab fil-Kostituzzjoni ta' Malta, peress li dan l-artikolu ma japplikax ghall-proceduri ta'estradizzjoni.

Ghall-istess raguni, din il-Qorti mhux se tidhol fi kwistjonijiet li jolqtul-meritu tal-akkuzi dedotti kontrih peress li dawn il-proceduri ma jiddeterminawx l-innocenza jew htija tar-rikorrent. Din il-Qorti izzid li, bl-akkuzi li r-rikorrent gie rinfaccjat bihom ma jistax jinghad li gew miksura d-drittijiet tieghu li jinghaqad fi grupp jew li jhaddan ir-religjon tieghu. Ir-rikorrent mhux mizmum u lanqas ma hu akkuzat li dahal f'ghaqda, izda li flimkien ma' ohrajn, ikkommetta estorsjoni u vjolenza fuq terzi.

Ir-rikorrent jallega li meta tressaq il-Qorti, wara ligie arrestat, kien zbalordit u konfuz, u ma kienx fi stat li jsegwi x'kien qed jigri. Jirrizulta, pero', li fl-ewwel seduta quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Malta), ir-rikorrent kien assistit mill-avukat ta' fiducja tieghu, u fl-ebda mument ma qajjem il-kwistjoni li hu ma kienx qed isegwi x'kien qed jigri. Ghalkemm f'xi udjenza sussegwenti quddiem l-istess Qorti, ir-rikorrent ilmenta li ma kienxdejjem f'siktu, pero', il-Qorti hadet il-prekawzjonijiet mehtiega. Hatret tabib espert li ezamina lir-rikorrent u kkonkluda li ghalkemm bit-tensjoni tal-proceduri, seta' kien hemm caqliq fil-livell tal-glucose tar-rikorrent (li hi persuna diabetika), ma kienx disorjentat mil-lat mentali, u dan l-istess tabib irrelata li l-kundizzjoni tar-rikorrent “hija tali illi hu jista' jattendi ghall-Qorti regolari u jsegwi dak li jkun qieghed isir”. Din il-Qorti ma tarax li m'ghandhiex toqghod fuq dawn il-konkluzjonijiet u zzid li bil-mod kif ir-rikorrent mexxa d-difiza tieghu, hu car li hu kien qed isegwi dak kollu li kien qed jigri. Hu kellu l-assistenza ta' interpretu u fl-ebda mod ma dan wera li kellu xi diffikulta' jispjega lir-rikorrent x'kien qed jigri.

Ghar-rigward xi nuqqasijiet procedurali li allegatament sehhew f'dawn il-proceduri, dawk il-materji ma jidhlux biex jigu ezaminati fil-kuntest ta' dawn il-proceduri, izda huma aktar meritu ta' appell. La darba l-procedura ta' estradizzjoni mhix kawza li tiddetermina l-innocenza jew htija tar-rikorrenti, dawk l-ilmenti procedurali setghu biss jigu trattati, kif gew, mill-Qorti tal-Appell Kriminali.

Dwar il-kondizzjonijiet tal-habs fi Franza, ir-rikorrent, f'dan il-kaz, irid juri possibilita' ta' trattament inuman fi grad gholi ghax mhux kull forma ta' trattament li huwa kiefer jaqa' taht l-iskop tal-artikolu relattiv lijaghti protezzjoni kontra dan it-trattament.

F'dan il-kaz, ir-rikorrent ma uriehx li fil-habs ta' Franza, fejn jista' jintbaghat jekk jinstab hati tal-akkuzi dedotti kontrih, hu sejjer ikun f'periklu “to life or limb”. Ir-rikorrenti ma talabx li jaghmel din il-prova, u f'kull kaz, il-Qorti ma tahsibx li fi stat demokratiku, bhal ma hu Franza jezisti “a high probability”, li r-rikorrent sejigi hekk trattat. Din il-Qorti rat ukoll li Franza, bhal Malta, tippermetti dritt ta' petizzjoni individwali lejn il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u jekk ir-rikorrent, jekk u meta jkun f'habs fi Franza, ikun qed jinghata trattament disuman u degradanti, hu jkun jista' jitlob rimedju effettiv minn dik il-Qorti. Zgur li f'dan il-kaz, din il-Qorti ma gietx murija li jezistu cirkostanzi hekk gravi fil-habsijiet ta' Franza li ghandha twaqqaf jew thassar l-ordni ta' kustodja.

Id-detenzjoni tar-rikorrent hija gustifikata, peress li rrizulta li r-reati li bihom qed jigi akkuzat ir-rikorrent huma reati ta' estradizzjoni. Il-mandat ghall-arrest tar-rikorrent huwa ukoll wiehed validu, u l-proceduri tal-estradizzjoni gew ukoll meqjusa li huma regolari u validi. Darba li giet stabbilita “the lawfulness of the extradition”, id-detenzjoni tar-rikorrent hija valida, u sta ghall-Qratikompetenti jiddeciedu jekk, fic-cirkostanzi, ghandhomx jew li jakkordaw il-helsien provizorju mill-arrest.

Fil-kuntest tal-aggravju marbut mal-fatt li hu gie kkundannat mill-Qorti Franciza inabsentia, din il-Qorti tara li ghal dan gia gie pprovdut, u kif qalet il-Qorti tal-Appell Kriminali,meta l-istess ilment tressaq quddiemha, “Fid-dawl tad-dokumenti kollha sottomessi mill-Prosekuzzjoni, dana l-aggravju huwa ukoll infondat”. Kwindi, ma tarax li din ic-cirkostanza hija ta' xi ostakolu ghat-twettiq tal-estradizzjoni.

Fid-dawl tal-premess, din il-Qorti ma tarax li ghandha tidhol biex tezamina l-punti preliminari sollevati mill-intimati, peress li rat li, f'kull kaz, it-talbiet tar-rikorrenti mhux misthoqqa. Ghaldaqstant, din il-Qorti tichad it-talba tar-rikorrenti ghas-smigh tal-provi u tichad ukoll it-talbiet kollha tar-rikorrenti, bl-ispejjez kontra tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info