Referenza: 20/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/01/2002
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
FARRUGIA SACCO LINO
Partijiet
IL-KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA GEORGE GRECH vs ID-DIRETTUR GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, SMIEGH XIERAQ - INKJESTA MAGISTERJALI
Fil-Qosor
Inkjesta Magisterjali jew investigazzjoni mhix ekwivalenti ghal akkuza jew process kriminali - ossija f'dak l-istadju ma jkunx hemm persuna akkuzata b'reat kriminali kif jitlob l-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni jew l-artikolu 6 tal-Konvenzjoni.

Tant kemm l-inkjesta ma tikkomprendix att ta' akkuza li meta tohrog akkuza l-Magistrat ikollu jieqaf minn l-inkjesta. Ukoll meta tinghalaq inkjestau tintbaghat lill-Avukat Generali mhix awtomatika li tohrog att ta' akkuza kontra l-persuna li l-Magistrat jidhirlu. L-Avukat Generali ghandu l-obbilgu li jezamina l-Process Verbal u jara hu jekk ghandux johrog xi att ta' akkuza fil-konfront tal-persuna imsemmija jew persuni ohra, jew jista' jhossli ma hemmx provi sufficjenti li persuna tigi akkuzata b'reat. Jekk jasal ghall-konkluzzjoni li maghandiex issir tali akkuza, dik il-persuna qatt ma tigi akkuzata. Kieku kien hemm akkuza hu kien irid jigi notifikat bil-miktub bl-akkuza specifika u kien ikun jaf ta' xhiex hu akkuzat.

Ghalhekk, il-principji relattivi ghal smiegh xieraq kontenuti fl-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni u l-artikolu6 tal-Konvenzjoni m`humiex applikabbli ghall-Inkjesta Magisterjali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni