Reference: 1662/2000/1

Judgement Details


Date
05/04/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
ELLUL SIVE ELLUL MERCER HAROLD ET vs ID-DIRETTUR TAR-REGISTRU PUBBLIKU
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATT TA` TWELID, TISWIJA FI - KUNJOM, TISWIJA FIR-REGISTRAZZJONI TA`
Summary
Il-bidla f'Atti ta' Stat Civili hija mahsuba mil-ligi kemm ghall-beneficcju tal-persuna koncernata,u kif ukoll fl-interess tat-terzi, u hija f'dawn il-limiti li l-legislatur ried li l-Qorti tqis talbet ghat-tiswija jew annotazzjonijiet f'atti bhal dawn.

Illi t-talba ta' zieda f'kunjom ta' persuna ma' dak li huwa l-kunjom muri fl-Att tat-Twelid tieghu mhux minn dejjem intlaqghet b'herqa mill-Qrati. L-ewwelnett, ghaliex fl-Att tat-Twelid ta' persuna, qatt ma jkun hemm il-kunjom tat-tarbija, imma (kaz ta' wild legittimu) l-kunjom tal-missier. Fit-tieni lok, ghaliex meta ssir talba ghal zieda ta' kunjom iehor, dan ma jkunx normalment frott ta' zball, u ghalhekk, il-ligi (billi titkellemdwar "korrezzjoni jew thassir") ma tkunx tippermetti li talba bhal dik tista tintlaqa'.

Illi, madankollu, minhabba li l-bdil fl-Atti ta' Stat Civili jolqot ukoll lil terzi persuni, il-Qrati taghna fissru li ghalkemm il-ligi ma tqisx iz-zieda jew il-bdil ta' kunjom l-attur bhala zball, ma tistax tinjora ghal kollox talba bhal din, specjalment fejn il-kunjom ikun inbidel taht xi sistema jewordinament guridiku iehor. F'dan il-kaz, ukoll fl-interess tat-terzi, il-Qrati laqghu talbiet ghalannotazzjonijiet fl-imsemmija atti bil-hsieb li jirriflettu bidliet bhal dawn.

Illi, ghalhekk, talba tista' tirnexxi mhux fuq il-basi ta' zball fl-att izda fuq il-basi ta' taghrif izjed shih dwar il-persuna.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info