Reference: 656/1995/2

Judgement Details


Date
07/12/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
CAMILLERI ALFRED ET vs CUTAJAR NICHOLAS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPOGG, KOMPROPRJETA` TAL-HAJT TIGI AKKWISTATA MAL-HLAS TAL-KUMPENS - APPOGG, META TIG AKKWISTATA L-KOMPROPRJETA` TAL-HAJT
Summary
Kull sid jista' jaghmel komuni, kollu jew bicca minnu, hajt li jmiss mal-fond tieghu, billi jhallaslil sid dan il-hajt in-nofs ta' kemm jiswa kollu, jew in-nofs ta' kemm tiswa l-bicca li hu jkun iridjaghmel komuni, u n-nofs ta' kemm tiswa l-art li fuqha l-hajt ikun mibni, u billi jaghmel ukoll ix-xoghlijiet li jkunu mehtiega sabiex ma ssirx hsara lill-gar.

Minkejja illi l-gurisprudenza recenti tghid illi l-komunjoni tinkiseb bl-att materjali ta' l-appogg, il-Qorti hawnhekk irriteniet lidin ma kienetx interpretazzjoni korretta ghax il-kliem espress tal-ligi jghid car illi l-jedd ta' appogg huwa jedd ta' komproprjetarju, mhux jedd ta' min irid isir komproprjetarju, u, l-komunjoni tinkiseb bil-hlas, mhux bl-appogg materjali. Fi kliem iehor, il-jedd t'appogg huwa l-konsegwenza mhuxil-kawza tal-komunjoni: tista' tappoggja ghax int komproprjetarju u mhux sirt komproprjetarju ghaxappoggjajt.

Fil-fatt, lanqas id-dritt ta' appogg ta' komproprjetarju ma hu assolut u arbitrarju. L-Artikolu 419(b) tal-Kodici Civili jrid li l-ewwel jinkiseb il-kunsens tal-gar u, jekk il-gar,wara li jkun mitlub, ma jaghtix il-kunsens, ma ghandu jaghmel xejn "qabel ma jkun stabbilixxa, b'periti, il-mezzi mehtiega sabiex dik il-bicca xoghol gdida ma tkunx ta' hsara ghall-jeddijiet tal-gar l-iehor". Wisq anqas jista' gar li ma hux komproprjetarju jaghmel appogg meta jrid hu u minghajr majkun avza lis-sid!




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info