Referenza: 155/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/12/2001
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
VELLA PATRICK
Partijiet
IL-PULIZIJA (SPT.PAUL CAMILLERI) vs TABONE ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ORDNI TAL-PULIZIJA, TNEHHIJA TA` PERIKLU - PERIKLU, TNEHHIJA TA`
Fil-Qosor
L-iskop ta' l-Artikolu 25 tal-Kap. 10 (xogholijiet li jistghu igibu xkiel jew periklu fit-toroq) huprecizament sabiex jitnehha malajr kemm jista' jkun xi perikolu f' xi propjeta' mill-persuna li tista' effettivament tnehhieh billi din jkollha l-kontroll effettiv fuq dak il-bini jew opra ohra. Dan l-Artikolu ma jispecifika l-ebda persuna partikolari, izda juza semplicement il-kliem " Hadd ma jista' ". Ghalhekk l-obbligu li jsiru t-tiswijiet mehtiega fl-iqsar zmien possibbli qieghed fuq kull persuna li b'xi mod ghandha dan il-kontroll effettiv tal-propjeta' in kwistjoni, sija jekk dik il-persuna hija s-sid jew l-inkwilin jew id-detentur jew l-amministratur tal-fond, salv, naturalment, kwalsiasi dritt civili ta'risariciment ta' l-ispejjes li dik il-persuna jista' jkollha fil-konfront ta'persuna jew persuni ohra. Kull wiehed minn dawn il-persuni, jew anke wiehed minnhom biss, jista', ghalhekk, jigi msejjah mill-pulizija biex inehhi l-perikolu, f'liema kaz dan l-obbligu msemmi w mpost bl-Artikolu 25 tal-Kap. 10 ikun jinkombi fuq dik il-persuna li tkun giet hekk imsejjha w mwissija mill-pulizija.

Gja' la darba jkunu jezistu fatti li juru li r-reat addebitat lill-imputat kien teknikament, u anke legalment, sehh, allura, il-fatt li hu beda jesegwixxi x-xogholijiet indikati mill-Perit Tekniku nominat mill-Qorti qatt ma jista' jfisser li hu jinheles minn xi responsabilita' kriminali w htija.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni