Reference: 1108/1993/1

Judgement Details


Date
12/12/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
EBEJER ARTHUR NOMINE vs FARRUGIA JOHN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SENSERIJA, DRITT GHALL-HLAS TA` - SENSERIJA, ELEMENTI TA` - SENSERIJA, META MA JSEHHX KUNTRATT
Summary
Huwa generalment ritenut li sakemm ma jkunx hemm il-konkluzjoni tat-transazzjoni, liema konkluzjonisaret permezz tax-xoghol li ghamel is-sensar allura ma jistax wiehed jitkellem dwar senserija.

Sabiex tigi perfezzjonata l-medjazzjoni jinhtiegu zewg elementi: (a) illi l-intromissjoni tas-sensar tigi, anki jekk semplicement tacitament, accettata miz-zewg kontraenti; u (b) jigi ottjenut l-inidem placitum consensus permezz tax-xoghol tal-medjatur.

Wiehed jista' jitkellem biss fuq senserija mal-finalizzazzjoni tat-transazzjoni, u kwindi hu biss f'dak il-mument li l-intermedjarju jkun intitolat ghal xi remunerazzjoni.

Wiehed irid jiddistingwi bejn senserija u kumpens dovutlil min jircievi inkarigu specjali biex jikkonkludi affari, u li huwa dovut mill-persuna li taghti dak l-inkariku fl-interess esklussiv taghha. B'hekk filwaqt li persuna ma tkunx intitolata ghal senserija minhabba li l-affari ma gietx konkluza, pero` tista' tkun intitolata ghal remunerazzjoni mill-persuna li ghamlet uzu mis-servizzi rezi.

Dana ma jfissirx illi biex is-sensar ma jitlifx id-drittijiet tieghu hemm bzonn illi jsir l-att notarili tat-trasferiment. Hemm kazi fejn dan ma jsirx,eppure s-sensar ma jitlifx id-dritt ghall-kumpens, ghalkemm talvolta mhux intier, f'kaz ta' promessavendita accettata, imma mbaghad mhux effettwata ghal fatt li mhux htija tas-sensar.

Hemm bzonn illi s-sensar ikun irravicina l-partijiet ghal xi akkordju biex ikun intitolat ghal medjazzjoni proprjament hekk imsejha, jew ghal kumpens analogu u b'titolu ta' senserija. L-inezekuzzjoni tal-kontrattazzjoni minhabba l-fatt ta' wahda mill-partijiet, u mhux tas-sensar, ma tnehhilux id-dritt ghas-senserija imma hemm bzonn dejjem, biex wiehed jista' jithaddet fuq senserija, illi per mezz tas-sensar kien hemm konkluzjoni tan-negozju, cioe' ravvicinament tal-kunsens tal-partijiet fuq l-elementi formanti n-negozju.

Meta s-sensar ma jkunx irnexxielu jippjega l-partijiet ghall-"in idem placitum consensus", ma hemmx lok ghall-azzjoni ghal senserija jew kumpens analogu konness maghha w inbazi taghha. Jista' biss allura jkun hemm certu dritt ghar-retribuzzjoni bhala mandatarju, u di fronti ghall-inkarikant. Fuq domanda ghal senserija l-Qorti tista' taghti kumpens diskrezzjonali ghax dik id-domanda tikkomprendi per ekwipollenza dak il-kumpens.

Hemm gurisprudenza li tghid illi s-sensar ghandu dritt ghas-senserija avolja l-partijiet, li kienu marbuta bl-att tal-konvenju, ma ghamlux il-kuntratt definitiv tal-bejgh. Il-fatt li l-kuntratt finali ma sarx, u dan mhux b'nuqqas tal-intermedjarju, ma kienitx teffettwa d-dritt ghas-senserija. Gie ritenut li l-fatt li l-partijiet ftehmu fuq konvenju kienet prova sufficjenti li l-affari giet konkluza in relazzjoni ghad-dritt tal-intermedjarju ghas-senserija.

Hemm pero` gurisprudenza li tmur kontra dan il-principju u li sostniet lli meta ma jsirx l-att pubbliku tal-bejgh, imma jkun sar biss l-att tal-konvenju, ma jistax jinghad li l-affari hi konkluza minhabba li l-promessa ta' bejgh ta' haga mhux l-istess bhal vendita,u ggib biss certi effetti hemm specifikati. Inoltre' l-artikolu fil-Kodici Civili li jaghmel referenza ghal senserija jinsab taht it-Titolu dwar bejgh, u b'hekk wiehed ma jistax japplika tali artikolu ghall-konvenju, li hi trattata taht titolu separat fil-Kodici Civili.

Gie ritenut illi biexikun hemm dritt ghall-prossenetiku hemm bzonn li l-medjatur ikun adopera ruhu b'mod li jkun laqqa'l-kunsens tal-partijiet dwar is-sostanzjali u l-accidentali tal-kuntratt. Biex imbaghad, fin-nuqqasta' dritt ghal senserija, ikun hemm lok ghal kumpens, introdott mill-gurisprudenza lokali, hemm bzonn li jkun hemm inkariku espress jew tacitu, u xi xoghol li jkun ghamel il-medjatur. Il-fatt li bniedem jaghti sempliciment informazzjoni bla ma jaghmel xejn aktar, cioe' bla ma jadopera ruhu bl-ebda mod biex ilaqqa' l-kunsens tal-partijiet, ma jaghtix dritt la ghal senserija u lanqas ghal kumpens.

Hawnhekk il-Qorti laqghet it-talba tas-socjeta` attrici ghall-hlas ta` senserija minkejja li ma sarx it-trasferiment ta` proprjeta` a favur il-konvenut. Il-Qorti irriteniet li l-konvenut kien accetta li jhallas is-senserija u bl-operat tas-socjeta` attrici kien sehh in idem placitum consensusfil-forma ta` konvenju. Il-konvenju ma sehhx minhabba fatt imputabbli lill-konvenut, dana pero` ma kienx jeskludi d-dritt tas-socjeta` attrici ghall-hlas ta` senserija.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info