Reference: 303/1990/1

Judgement Details


Date
30/11/2001
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., ARRIGO NOEL V.
Parties
GALEA NAZZARENO vs BRIFFA GIUSEPPE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ESPROPRJAZZJONI GHAL SKOPIJIET PUBBLICI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, KONVERZJONI TA` ENFITEWSI TEMPORANEJA F` TITOLU TA` LOKAZZJONI TAHT IL-KAP. 158 TAL-LIGIJIET TA` MALTA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, LIMITAZZJONIJIET TAL-UZU TA` PROPRJETA` - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, TGAWDIJA TA` PROPRJETA` DIFFERENZI BEJN IL-KOSTITUZZJONI U L-KONVENZJONI
Summary
Il-provvedimenti tal-Att XXIII tal-1970, formanti parti mill-Ordinanza li Tnehhi l-Kontroll ta` Djar, li jipprovdu illi l-enfitewta jkollu l-jedd illi jkompli jirrisjedi fil-fond lilu koncess in enfitewsi temporanja wara li jiskadi t-terminu tal-koncessjoni u dana b'titolu ta' kera, certament ma jistghux jigu kwalifikati bhala mizura ta' espropjazzjoni legali jew de facto tal-proprjeta' tal-appellant da parti l-Istat. Il-proprjeta' tibqa', kif kienet, f'idejn is-sid u ma jkun gie bl-ebda mod mittiefes l-ordinament guridiku in kwantu dan kien jipprovdi ghall-konsolidament tal-utili dominju mad-dirett dominju. Xorta allura t-terminazzjoni tal-koncessjoni enfitewtika il-proprjeta' kollha gietkonsolidata fil-persuna tad-direttarju. Il-fatt illi l-ligi taht ezami kienet tipprospetta, fil-prattika, l-konverzjoni forzata u ex lege tat-titolu ta' enfitewsi f'wiehed ta' kera bil-konsegwenza illi min kien qieghed jokkupa d-dar bhala r-residenza ordinarja tieghu kien qed jinghata d-dritt li jkompli jirrisjedi fiha anke kontra l-volonta' tad-direttarju kontra l-korrispettiv ta' kera stabbilit bl-istess ligi seta' titqies biss li kienet limitazzjoni fuq it-tgawdija tal-istess proprjeta' mis-sid. Limitazzjoni tat-tgawdija li kienet indubbjament l-effett dirett ta' att legislattiv li kiensindakabbli minn din il-Qorti ghar-rigward tal-konformita' Kostituzzjonali tieghu.

Jibqa' pero' l-problema jekk din il-limitazzjoni statutorja fir-rigward tat-tgawdija tal-proprjeta' setghetx tigi ekwiparata mat-tehid ta' pussess taghha b'mod obbligatarju ghaliex hi din l-ahhar figura guridika illi tattira l-protezzjoni minn privazzjoni ta' proprjeta' bla kumpens ai termini tal-artikolu 37tal-Kostituzzjoni. Il-gurisprudenza rriteniet illi l-artikolu 37 tal-Kostituzzjoni mhux biss hu applikabbli fil-kaz ovvju ta' esproprazzjoni formali imma wkoll fil-kaz ta' mizuri ohra li jikkwalifikaw bhala esproprazzjoni de facto li jiddiminwixxu l-attribwuti tal-proprjeta' tal-individwu. Mizurili pero' jkunu ttiehdu jew li jkunu saru b'xi sahha ta' xi ligi. Dawn jinkludu esproprazzjoni b'titolu ta' use and possession jew fuq public tenure u l-poter ta' rekwisizzjoni ta' proprjeta'.

Il-Kostituzzjoni titkellem dwar tehid ta' pussess forzat b'mod obbligatorju. Dicitura li, wehidha,minghajr riferenza ghad-dritt ta' tgawdija pacifika fih innifsu donnu timplika li biex tigi estizal-protezzjoni tal-Kostituzzjoni jehtieg li jkun hemm privazzjoni ta' proprjeta' u li din tkun effettdirett ta' xi att tal-Istat u mhux bizzejjed li jkun hemm privazzjoni tad-dritt tat-tgawdija pacifika bhala rifless ta' tali att.

L-artikolu 37 jitkellem car u tond fuq cahda tal-proprjeta'jew id-dritt fuqha minghajr kumpens xieraq. Ifisser dan li ghandek vjolazzjoni jekk ghandek privazzjoni totali tal-proprjeta' jew xi jedd fuqha minghajr l-ebda kumpens jew ahjar minghajr kumpens li ma jkunx xieraq. Din il-konkluzjoni hi wkoll suffragata mill-kumplament tal-artikolu 37 li proprju jipprovdi li dan il-kumpens kellu jigi stabbilit mil-ligi u li l-kwantifikazzjoni tieghu kellha tkunsoggetta ghall-iskrutinju ta' Qorti b'kompetenza li tinvesti tali mertu biex tassigura l-gustizzja tal-kumpens. Fil-kaz tal-konverzjoni tat-titolu ta` enfitewsi temporaneja f`wiehed ta` lokazzjoni aitermini tal-Kap. 158 tal-Ligijiet ta` Malta ma jokkorrux l-estremi tal-ewwel paragrafu tal-atikolu37 in kwantu hawn non si tratta ta' tehid ta' proprjeta' jew ta' jedd fuqha taht xi forma jew ohra izda ta' limitazzjoni tal-uzu tal-istess proprjeta. Limitazzjoni li tista' tkun koperta bl-artikolu1 tal-Ewwel Protokol tal-Konvenzjoni imma li ma jidhirx li tista' tigi inkwadrata fil-parametri tal-artikolu 37 tal-Kostituzzjoni ta' Malta.

Anke li kieku kellu b'xi ezercizzju interpretattivjigi accettat illi l-artikolu 37 kien japplika wkoll fejn id-disposizzjoni legislattiva impunjata kienet testendi biss ghal-limitazzjoni fl-uzu tal-proprjeta' u li allura t-termini ta' dan artikolu tal-Kostituzzjoni kienu wiesghin f'dan ir-rigward daqs dawk tal-artikolu protokollari, xorta wahda makienx ikun hemm l-estremi ta` vjolazzjoni peress illi dan il-provvediment tal-Kap. 158 jikkwalifikabhala kontroll ta` uzu ta` proprjeta` skond l-interess generali ai termini tat-tieni paragrau tal-artikolu 1 tal-Ewwel Protokol.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info