Referenza: 3227/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/11/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
HSBC BANK MALTA PLC vs TEG INDUSTRIES LTD ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
IMGHAX, IMGHAX KOMPOST - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, AMMINISTRAZZJONI QABEL L-INTRODUZZJONI TAL-ATT XXI TAN-1993 - NOTA TA` CESSJONI, IRREVOKABILITA` TA` - NOTA TA` RIDUZZJONI, IRREVOKABILITA` TA` - OBBLIGAZZJONIJIET KUMMERCJALI - OVERDRAFT FACILITIES - OVERDRAFT FACILITIES, CALL IN - PRATTIKA BANKARJA - UZU KUMMERCJALI
Fil-Qosor
Qabel l-emendi li saru bl-Att XXI tan-1993, ir-ragel kellu l-amministrazzjoni tal-komunjoni tal-akkwisti u d-dejn tieghu kien ukoll a karigu tal-istess komunjoni.

L-obbligazzjoni ta' "overdraftfacilities" hija obbligazzjoni ta' natura kummercjali, u ghalhekk hija regolata skond l-Artikolu 3tal-Kap 17, u ghalhekk regolata mill-Kodici Kummercjali, u fin-nuqqas ta' disposizzjonijiet "ad hoc"mill-uzu kummercjali, u fin-nuqqas ta' dan l-uzu, tapplika il-ligi Civili.

Fil-gurisprudenza lokali is-sistema ta' komputazzjoni ta` imghaxijiet fuq overdraft facilities fejn l-imghaxijiet jigu mizjuda mal-kapital, fuq il-bilanc ta' kuljum, kull sitt xhur, u b'hekk l-imghaxijiet isiru jifformaw parti mill-kapital giet accettata bhala li hi permessa u skond l-uzu, u b'hekk hija legali.

Jekk il-bank iwaqqaf tali overdraft facilities, skond it-termini tal-kuntratt tieghu, u jaghmel"call in", u ma jhallix lill-istess debitur jaghmel izjed uzu minn tali facilitajiet, l-istess bankma ghandu ebda dritt li jaddebita lill-klijent (attur) bl-imghaxijiet komposti skond il-prattika bankarja.

Meta tigi prezentata nota ta` cessjoni jew riduzzjoni li tkun valida, mhux marbuta maxi forma ta` kondizzjoni, tali nota ma tistax tigi sussegwentement irtirata minghajr il-kunsens tal-kontro-parti minkejja li tkun giet prezentata bi zball.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni