Referenza: 12/2009

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/03/2009
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
GALEA DEBONO JOSEPH
Partijiet
IL-PULIZIJA vs BORG CHRISTOPHER
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SENTENZA MHIX DEFINITA HIJA NULLA
Fil-Qosor
F'dan il-kaz il-Qorti, wara li sabet htija li persuna ddemoliet proprejta skedata illegalment, fl-istess sentenza ordnat ukoll sabiex il-Perit Reuben Sciortino jikkalkola l-kumpens dovut lill- Awtorita minghajr ma ddecidiet hi stess fl-istess sentenza l-ammont u cioe ma tatx sentenza kemm dwar il-mertu kif ukoll dwar il-piena.

Infatti, bil-mod kif giet abbozzata u redatta s-sentenza appellata, l-kundanna skont l-artikolu 46 (7) tal- Kap. 356 thalliet indefinita u suggetta ghal likwidazzjoni tal-perit nominat Reuben Sciortino mill-Ewwel Qorti.


Ghaldaqstant, element kostituttiv tal-piena ma giex inkorporta fis-sentenza appellata imma kien se jithalla jiddependi minn likwidazzjoni peritali li ma kienetx ser tkun soggetta ghall- kontroll la tal-prosekuzzjoni u lanqas tad-difiza.

Kjarament dana mhux il-mod kif trid tinghata sentenza la fil-kamp peneali u lanqas fil-kamp civili ghaliex it-termini tal-kundanna jridu jkunu cari u definiti u ghalhekk dan jirrendi s-sentenza nulla.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni