Reference: 1703/2001/1

Judgement Details


Date
25/04/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, MAGRI ALBERT J., MALLIA TONIO
Parties
ABDILLA GAETANO ET vs BRIFFA LUCREZIO SIVE GRAZIO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
L ARTIKOLU 1855 TAL KAP 16 - RISKJU FI TRASFERIMENT - TRASFERIMENT TA PROPJETA
Summary
Meta persuna tobbliga ruha li tittrasferixxi proprjeta` bil-hsieb li din tkun taghha meta jkun ser jiskadi l-konvenju originali, dejjem hemm il-possibilita` li l-ewwel trasferiment ma jsehhx ghal ragunijiet validi bhal per ezempju t-titolu tal-venditur ma jirrizultax b'mod car jew jirrizultaw xi servitujiet li ma jkunux issemmew fuq i-konvenju. Huwa f'dawk il-kazijiet li wiehed jista' jitkellem fuq riskju u meta jigri hekk l-akkwirent/venditur ma jkunx jista' jirreklama bhala danni xi telf li jkun sofra minhabba li ma jkunx sehh it-tieni kuntratt. Izda meta, bhal fil-kaz in ezami, l-istess Qorti laqghet l-allegazzjoni ta' frodi da parti tal-konvenuti meta waslet ghal konkluzjoni li: “Madankollu ladarba l-atturi ndikaw il-frodi fic-citazzjoni taghhom din trid tigi provata. Il-Qorti taqbel ma' dak li ndikaw l-atturi fin-nota tal-osservazzjonijiet taghhom illi l-atturi gew indotti fi zballbl-agir suspettuz tal-konvenut meta huwa ddikjara li qed jiffirma anke ghal martu fl-estensjoni tal-konvenju ta' Mejju 1996. Ghall-atturi l-konvenju kien ghadu haj; fil-frattemp meta wasal iz-zmien lijsir il-kuntratt il-konvenuti helsu minnu b'dan l-agir illi certament sar biex iqarraq bl-atturi” l-istess principju ma jistax japplika, izjed u izjed meta ma ngiebet ebda prova ohra li l-kuntratt bejn il-kontendenti ma setghax isir ghal xi raguni valida skond il-ligi. Din il-Qorti ghalhekk ma tarax 'il ghala l-konvenuti ma ghandhomx jirrispondu, in linea ta' danni, ghat-telf li sofrew l-atturiminhabba l-agir qarrieqi taghhom stess, liema agir frawdolenti wassal biex l-kuntratt ta' trasferiment bejn il-kontendenti ma jsehhx.

L- Artikolu 1855 tal-Kap. 16 tal-Ligijiet ta' Malta johloqpresunzjoni li pagament akkont, meta ma jigix indikat mod iehor, jmur ghall-imghaxijiet. Biss dan l-artikolu jipprovdi li din il-presunzjoni ghandha effett kemm-il darba ma tingiebx prova kuntrarja.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info