Referenza: 245/2008

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/01/2009
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
GALEA DEBONO JOSEPH
Partijiet
IL-PULIZIJA vs DEBONO DARREN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
RICETTAZZJONI
Fil-Qosor
Sabiex persuna tinsab hatja ta' ricettazzjoni hu mehtieg li jikkonkorru s-segwenti tliet rekwiziti ucioe:
a. il-provenjenza llegittima tal-oggett in kwistjoni ossia li jkun insteraq, jew gie mehudb'qerq jew akkwistat b' reat iehor;

b. l-akkuzat irid ikun laqa' ghandu jew xtara tali oggett li ghandu provenjenza llegittima; u

c. fil-mument tal-akkwist, l-akkuzat kien jaf bil-provenjenza llegittima tal-oggett in kwistjoni.

L-element formali ta' dar-reat hu li l-akkuzat kien konsapevoli tal-provenjenza illecita tal-oggett suggett tar-ricettazzjoni. Dan ir-rekwizit jista'jigi pruvat kemm minn provi diretti kif ukoll minn provi indizjarji.

Dan l-element formali tar-reat ikun jissussisti anki jekk l-akkuzat ikun ircieva jew xtara l-oggett fil-waqt li jkollu jewinkella immissu kellu suspett li l-persuna li taghtu dan l-oggett setghet giet f'pussess ta' dak l-oggett b'mod illecitu u b'dana kollu xorta jilqa' ghandu jew jixtri tali oggett minghajr ma jaghmel xejn biex jivverifika u jaccerta ruhu li l-pussess ta' dik il-persuna l-ohra kien wiehed legittimu umhux kif kien qed jissuspetta hu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni