Reference: 540/2005/1

Judgement Details


Date
12/12/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
XUEREB MARIA ET vs CARDONA ANTHONY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL, RIZARCIMENT TA DANNI F FOND
Summary
Din il-kawza tikkoncerna talba ghar-risarciment ta' danni kagunati mill-konvenuti f'fond wara illigew ordnati jizgumbraw minn dan il-fond b'decizzjoni tal-Qorti tal-Magistrati.
Meta s-sidien marru fil-fond ikkonstataw diversi hsarat li halla warajh Christopher Cardona qabel ma hareg mill-fond.Filwaqt li rrizulta illi l-konvenuti Anthony Cardona u martu Carmen Cardona ma kienux joqghodu fil-fond u lanqas ma kellhom x'jaqsmu mieghu, huma ghenu lit-tifel taghhom Christopher johrog mill-fondu jitrasporta l-ghamara illi kien hemm go fih.

Il-gustifikazzjoni taghhom illi hafna mill-hsarat saru mill-inkwilina precedenti jew inkella kawzati minn sajjetta mhijiex verosimili u l-Qorti tissuspetta ferm kemm huwa minnu illi seta' gara dan, pero' min naha l-ohra lanqas ma tista' taccettac-cifra li ppretendew l-atturi. Ghaldaqstant l-Ewwel Qorti tilqa' t-talba ta' l-atturi. Tiddikjaralill-konvenuti solidalment bejniethom responsabbli ghad-danni subiti fil-fond liema fond kien fil-pussess tal-konvenut Christopher Cardona qabel ma gie f'idejn l-atturi. Tillikwida d-danni sofferti mill-atturi fl-ammont ta' €3,500 u konsegwentement tikkundanna lill-konvenuti jhallsu lill-atturi s-somma fuq indikata.

F'diversi disposizzjonijiet tieghu l-Kodici Civili jikkonsagra l-principjutar-responsabilita` tal-kerrej relattivament ghat-tgharriq jew hsarat li jigru matul il-kors tat-tgawdija jew anke b'eghmil ta' terzi.

Bhall-Ewwel Qorti wkoll, din il-Qorti ta' l-Appell ma hi xejn konvinta illi l-appellanti ressqu elementi perswasivi ta' prova biex jinnewtralizzaw l-imputabilita` tal-fatt dannuz attribwit lilhom mill-atturi u din il-Qorti taqbel mal-konkluzjoni li wasletghaliha l-Ewwel Qorti li tikkundannahom solidalment.

Ghaldaqstant din il-Qorti ta' l-Appell tichad l-appell fl-aggravji kollha tieghu u tikkonferma s-sentenza ta' l-Ewwel Qorti, bl-ispejjezkontra l-konvenuti appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info