Reference: 541/2005/1

Judgement Details


Date
28/11/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
GAFFARENA MARTIN vs SULLIVAN MARITIME LTD NOE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; RESPONSABILTA TA TRANSPORT TA MERKANZIJA
Summary
L-attur xtara gaffa minghand is-socjeta` Spanjola Dynaquip s.r.l. li ccertifikata bhala uzata u fabbrikata fl-1986. L-istess gaffa giet trasportata mill-port ta' Valencia ghal Malta permezz ta' Polzatal-Kariku li fuqha, taht il-firma ta' l-agenti tal-carrier, kellha stampat “Clean on Board”. L-attur u r-rapprezentanti tieghu, jghidu li meta l-vapur wasal Malta huma telghu abbord u kkonstataw diversi hsarat fil-gaffa. Dawn il-hsarat huma dawk ivverifikati mis-surveyor, kif stabbiliti wkoll mill-Operations Superintendent tal-Cargo Handling.

L-Ewwel Qorti kkundannat lis-socjeta' Sullivan Maritime Limited fil-kapacita taghha bhala agent tas-socjeta' estera Atlantica Spa Di Navigazione biex thallas lill-attur Martin Gaffarena €7,405.76. Is-socjeta' Sullivan Maritme Limited appellatdin id-decizjoni.

Il-Qorti ta' l-Appell ghamel dawn il-premessi:-
(1)In generali t-trasport ta' merkanzija bil-bahar minn punt ta' destinazzjoni ghall-iehor jikkoinvolgi l-partecipazzjoni ta' l-ispedizzjonjier u tar-ricevitur, il-vettur u l-handlers fil-portijiet ta' karikazzjoni u ta' skarikazzjoni. Fundamentali ghad-determinazzjoni tar-responsabilita` huma l-istadji fokali li fihom il-merce tkun in konsenja jew fil-kustodja ta' xi wiehed minn dawn.
(2)Generalment ukoll, it-trapass minn wiehed ghall-iehor fost il-kompartecipanti hu regolat minn dokumenti marittimi jew portwaliin kwantu dawn ukoll jaghtu prova ta' l-istat u tal-kondizzjoni tal-merce fl-istadji varji tal-garrtaghha.
(3)Kulhadd hu responsabbli ghall-hsara li tigri b'xi att jew ommissjoni tieghu u l-korollarju ta' dak il-principju li hadd ma ghandu jigi ritenut responsabbli ghad-danni li jigru mhux bi htija tieghu. Naturalment, dan apparti l-oneru tal-prova u l-presunzjoni juris tantum ta' responsabilita li l-ligi tghabbi fuq certi persuni f'certi determinati cirkustanzi.

Fil-kaz prezenti l-attur appellat hu assistit mill-prova kostitwita mill-polza tal-kariku illi l-gaffa tghabbiet ‘clean on Board.' Konformement mar-Regolament 3 (4) tal-Hague Rules, “such a bill of lading shall beprima facie evidence of the receipt by the carrier of the goods as therein described in accordancewith paragraph 3(a), (b) and (c).” Il-polza li tghid li l-kariku gie ricevut “clean on board” jikkostitwixxi ammissjoni da parti tal-vettur li huwa rcevih fi stat tajjeb. Jimporta, allura, b'obbliguilli huwa jikkonsenja dak il-kariku f'dak l-istess stat u kondizzjoni tajba lil min ikollu dritt ghalih skond it-termini tal-polza.

Affermat dan, il-prova li taghmel il-polza b'dawk il-kliemmhix bilfors wahda assoluta u konkludenti. Pero', biex tingheleb il-prova presuntiva kostitwita mill-polza, il-prova kuntrarja trid tkun wahda adegwata, univoka u konvincenti. Hekk jaggrava fuq it-trasportatur il-piz tal-prova illi fil-mument tal-konsenja lilu tal-kariku dan kien diga` fi stat danneggjat, ossija mhux fl-istess stat indikat fuq il-polza b'dawk il-kliem “clean on board”.

Is-socjeta` konvenuta appellanti ticcensura lill-Ewwel Qorti illi din ma ghamletx ezami akkurat u ezawrjenti tal-provi. Is-socjeta` appellanti tikkontendi u tenfasizza illi hi gabet provi qawwija ghan-newtralizzar ta' l-imsemmija presunzjoni bl-esebizzjoni ta' ritratti li kienu juru l-kundizzjoni tal-gaffa qabel ma din giet karikata fuq il-vapur, kif ukoll bix-xhieda tal-kaptan tal-vapur, u tal-Headof Quality Department.

Din il-Qorti ta' l-Appell ma tarax kif tista' ssostni din l-kontenzjoni tas-socjeta` konvenuta appellanti. Dan ghaliex jekk hu veru dak ritenut mill-Kaptan Botticelli illi meta l-gaffa ttellghet abbord din kellha “various damages all around the body”, hu kellu jattiral-attenzjoni ta' l-agent tal-Carrier ghal dan il-fatt u mhux jaccetta taghbija fuq il-vapur taht il-kontroll tieghu li, ghal kull effetti, skond it-termini tal-polza, kienet tindika li din kienet wahda “clean”. Mhux accettabbli, ghal din il-Qorti, l-iskuzanti illi, trattasi ta' merce ‘sekonda man', ma jsiru ebda rimarki dwar l-istat u l-kondizzjoni taghha fir-records tal-vapur jew f'xi dokumentiehor kif solitament, u kif jinghad mill-polza nnifisha, isir fil-kaz ta' “new vehicles, cars, vansand trucks”. Jekk kif sottomess, tali hi l-prattika, allura jkollu jinghad, fil-fehma tal-Qorti, illi din mhix prattika jew uzanza tajba u b'mod tali li ghandha, ghaldaqshekk, twassal biex tehles lill-vapur mill-obbligu li jikkonsenja fil-post ta' skarikazzjoni l-gaffa skond dak l-istat espress fit-termini precizi tal-polza.

Ghaldaqstant, din il-Qorti ta' l-Appell tichad l-appell fl-aggravji kollha tieghu u ghaldaqstant tikkonferma s-sentenza appellata, bl-ispejjez kontra s-socjeta` konvenuta appellanti.





Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info