Reference: 2831/1996/1

Judgement Details


Date
22/01/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, CAMILLERI JOSEPH D., AGIUS CARMEL A.
Parties
FRENDO FRANCESCO SAVERIO. vs FRENDO REV. GIUSEPPE ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
DEZERZJONI, APPLIKAZZJONI GHALL-PROCEDURI MIBDIJA B`CITAZZJONI - DEZERZJONI, KONSEGWENZI TA`
Summary
Is-subinciz 1 ta' l-artikolu 963 tal-Kap. 12 jiddetermina l-gheluq tal-procedura bil-miktub. Is-subinciz 1 jispecifika illi l-procedura bil-miktub f'kull kawza ghandha tigi maghluqa fil-Qorti ta' l-ewwel grad fi zmien perentorju ta' sitt xhur u fil-Qorti tal-grad ta' Appell fi zmien perentorju ta'sena. Dan l-ewwel subinciz bl-ebda mod ma jiddikjara fih x'kienu l-effetti f'kaz li l-atti bil-miktub ma jigux hekk maghluqa fi zmien stipulat. Dawn l-effetti f'kawza, fejn il-proceduri bil-miktub ma jkunux gew maghluqa fiz-zmien prefiss, huma specifikati fis-subinciz 5 ta' l-istess artikolu.Effetti li huma differenti ghall-kawzi quddiem Qorti fl-ewwel grad minn dawk ghall-kawzi quddiem Qorti tat-tieni grad. Fil-kaz ta' dawn ta' l-ahhar, dan is-subinciz espressament jiddikjara illi jekk il-proceduri bil-miktub ma jkunux gew maghluqa fiz-zmien stipulat, il-kawza kellha titqies bhala kawza dezerta.

Fil-kaz ta' kawzi fl-ewwel grad fejn ma jkunx gie osservat id-dispost tas-subinciz1 ta' l-istess artikolu u fejn allura l-proceduri bil-miktub ma jkunux gew maghluqa fiz-zmien stipulat "din ghandha titqies bhala kawza li tkun tqeghdet fuq il-lista ta' kawzi ghas-smiegh u li sussegwentement, b'ordni tal-Qorti tkun thalliet ghal data mhux specifikata u d-disposizzjonjiet ta' l-artikoli 964 sa 967 ta' dan il-Kodici ghandhom ikunu japplikaw ghaliha".

Kjarament allura l-ligi ma tridx illi f'kaz ta' kawza quddiem Qorti ta' l-ewwel grad ikun hemm dezerzjoni awtomatika meta l-proceduri bil-miktub ma jkunux gew maghluqa fi zmien statutorju.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info